+Artikolu 47 Proġetti komuni
---+Artikolu 47 1
---+Artikolu 47 2
---+Artikolu 47 3
---+Artikolu 47 4
|
Artikolu 47 Proġetti komuni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 1
|
1. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi proġetti komuni, abbażi tal-ħtiġijiet ta’ sinkronizzazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati, għall-implimentazzjoni tal-bidliet operazzjonali essenzjali identifikati fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM li għandhom impatt fuq in-network kollu u ladarba tinkiseb biżżejjed maturità għall-implimentazzjoni li tippermetti kapaċitajiet interoperabbli fl-Istati Membri kollha bil-ħsieb li titjieb il-prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew.
|
|
Artikolu 47 2
|
2. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi wkoll mekkaniżmi ta’ governanza għal proġetti komuni u għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-partijiet ikkonċernati ċivili u militari rilevanti kollha għandhom ikunu involuti f’dawn il-mekkaniżmi sal-aktar punt possibbli u, fejn possibbli u kif xieraq, ikollhom rwol ewlieni.
|
|
Artikolu 47 3
|
3. Il-proġetti komuni jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament tal-Unjoni fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali. Għal dan il-għan, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar l-użu tar-riżorsi finanzjarji tagħhom, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi indipendenti tal-kostbenefiċċji u konsultazzjonijiet xierqa mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti f’konformità mal-Artikolu 49, filwaqt li tesplora l-prijoritizzazzjoni u kull mezz xieraq għall-finanzjament tal-implimentazzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 47 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proġetti komuni u l-mekkaniżmi ta’ governanza msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|