2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu fil-livell tal-Unjoni biex tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kumitat ta’ Djalogu Settorjali speċifiku stabbilit skont id-Deċiżjoni 98/500/KE għandu jkun involut fil-konsultazzjoni. Għall-fini tal-paragrafu 3, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu meta tkun meħtieġa konsultazzjoni relatata ma’ aspetti militari, il-Kummissjoni, minbarra lill-Istati Membri, għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u lill-awtoritajiet militari nazzjonali.