+Artikolu 49 Konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati
---+Artikolu 49 1
---+Artikolu 49 2
---+Artikolu 49 3

Artikolu 49 Konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 49 1

1.   L-Istati Membri, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, il-PRB u l-Maniġer tan-Network, kif ukoll l-Aġenzija fir-rigward tal-kompiti tagħha skont l-Artikolu 21, il-paragrafi 3 u 4, u l-Artikolu 38(1), għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni għal konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati.

Artikolu 49 2

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu fil-livell tal-Unjoni biex tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kumitat ta’ Djalogu Settorjali speċifiku stabbilit skont id-Deċiżjoni 98/500/KE għandu jkun involut fil-konsultazzjoni. Għall-fini tal-paragrafu 3, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu meta tkun meħtieġa konsultazzjoni relatata ma’ aspetti militari, il-Kummissjoni, minbarra lill-Istati Membri, għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u lill-awtoritajiet militari nazzjonali.

Artikolu 49 3

3.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, għandhom jiġu kkonsultati minn tal-inqas il-partijiet ikkonċernati operazzjonali u mhux operazzjonali li ġejjin, jekk rilevanti:

(a)

il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jew gruppi li jirrappreżentawhom;

(b)

il-Maniġer tan-Network;

(c)

l-operaturi tal-ajruporti jew gruppi rilevanti li jirrappreżentawhom;

(d)

l-utenti tal-ispazju tal-ajru jew gruppi rilevanti li jirrappreżentawhom;

(e)

il-militar;

(f)

l-industrija tal-manifattura;

(g)

il-korpi rappreżentattivi tal-persunal professjonali;

(h)

l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti;

(i)

il-koordinaturi tas-slots tal-ajruport;

(j)

l-organizzazzjonijiet nongovernattivi li għandhom interess fl-avjazzjoni jew l-ATM.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.