+Artikolu 57 (4)

Artikolu 57 (4)

L-Artikolu 43 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 43

Atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-fornituri ta’ ATM/ANS u l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-produzzjoni jew il-manutenzjoni ta’ sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS

1.   Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40 u l-konformità magħhom, għall-forniment ta’ ATM/ANS imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(1), il-Kummissjoni għandha tadotta, abbażi tal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:

(a)

ir-regoli u l-proċeduri speċifiċi għall-forniment ta’ ATM/ANS f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40, inkluż l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ kontinġenza f’konformità mal-punt 5.1(f) tal-Anness VIII;

(b)

ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 41(1);

(bb)

il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 41(3a);

(c)

ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjir imsemmija fl-Artikolu 41(5), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dikjarazzjonijiet bħal dawn iridu jkunu permessi;

(d)

ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 42(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn iċ-ċertifikati jridu jkunu meħtieġa;

(e)

ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni mill-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 42(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa;

(f)

il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 41(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 42(1), u tal-organizzazzjonijiet li jagħmlu dikjarazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 41(5) u mal-punt (a) tal-Artikolu 42(1).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

2.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu kont debitu tal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM.

3.   Meta tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament u għandha tieħu kont debitu tal-istandards internazzjonali u tal-prattiki rakkomandati, b’mod partikolari dawk stipulati fl-Annessi 2 sa 4, 10, 11 u 15 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.”

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.