+Artikolu 57 Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1139
---+Artikolu 57 (1)
---+Artikolu 57 (2)
---+Artikolu 57 (3)
---+Artikolu 57 (4)
---+Artikolu 57 (5)
---+Artikolu 57 (6)
---+Artikolu 57 (7)

Artikolu 57 Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1139

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 huwa emendat kif ġej:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 57 (1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (h) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2024/2803 (*1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ispazju tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, id-disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2024/2803 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L, 2024/2803, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2803/oj)”;"

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti nazzjonali ta’ sigurtà u difiża, u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2024/2803, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-faċilitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li huma miftuħa għall-użu pubbliku; u

(b)

l-ATM/ANS imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li huma pprovduti għat-traffiku tal-ajru li għalihom japplika r-Regolament (UE) 2024/2803,

joffru livell ta’ sikurezza u interoperabbiltà mas-sistemi ċivili li huwa effettiv daqs dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Annessi VII u VIII ta’ dan ir-Regolament.”

;
Artikolu 57 (2)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

‘ATM/ANS’ tfisser il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru kif definita fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/2803 u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll il-funzjonijiet tan-network imsemmija fl-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament u s-servizzi li jikkonsistu fl-oriġinazzjoni u l-ipproċessar ta’ data u fl-ifformattjar u l-forniment ta’ data lit-traffiku tal-ajru ġenerali għall-fini tan-navigazzjoni bl-ajru;”

;

(b)

il-punti (33) u (34) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(33)

‘spazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew’ tfisser spazju tal-ajru fuq it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, kif ukoll kwalunkwe spazju tal-ajru ieħor fejn l-Istati Membri japplikaw ir-Regolament (UE) 2024/2803 f’konformità mal-Artikolu 1(4) ta’ dak ir-Regolament;

(34)

‘awtorità kompetenti nazzjonali’ tfisser entità waħda jew aktar deżinjata minn Stat Membru u li jkollha s-setgħat meħtieġa u r-responsabbiltajiet allokati għat-twettiq tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu”

;

Artikolu 57 (3)

fl-Artikolu 41 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista’ jkun soġġett għal kondizzjonijiet ġustifikati b’mod oġġettiv, nondiskriminatorji, proporzjonati u trasparenti. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu, kif xieraq, ikunu relatati ma’:

(a)

delimitazzjoni jew restrizzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ servizzi għajr dawk relatati mal-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru;

(b)

kuntratti, ftehimiet jew arranġamenti oħra bejn il-fornitur ta’ ATM/ANS u parti terza u li jikkonċernaw is-servizzi;

(c)

il-forniment ta’ informazzjoni raġonevolment meħtieġa għall-verifika tar-rekwiżiti għaċ-ċertifikat stipulati f’dan l-Artikolu; u

(d)

kwalunkwe kondizzjoni legali oħra li mhijiex speċifika għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, bħal kondizzjonijiet relatati mas-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat.”

Artikolu 57 (4)

L-Artikolu 43 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 43

Atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-fornituri ta’ ATM/ANS u l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-produzzjoni jew il-manutenzjoni ta’ sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS

1.   Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40 u l-konformità magħhom, għall-forniment ta’ ATM/ANS imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(1), il-Kummissjoni għandha tadotta, abbażi tal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:

(a)

ir-regoli u l-proċeduri speċifiċi għall-forniment ta’ ATM/ANS f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40, inkluż l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ kontinġenza f’konformità mal-punt 5.1(f) tal-Anness VIII;

(b)

ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 41(1);

(bb)

il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 41(3a);

(c)

ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjir imsemmija fl-Artikolu 41(5), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dikjarazzjonijiet bħal dawn iridu jkunu permessi;

(d)

ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 42(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn iċ-ċertifikati jridu jkunu meħtieġa;

(e)

ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni mill-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 42(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa;

(f)

il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 41(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 42(1), u tal-organizzazzjonijiet li jagħmlu dikjarazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 41(5) u mal-punt (a) tal-Artikolu 42(1).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

2.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu kont debitu tal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM.

3.   Meta tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament u għandha tieħu kont debitu tal-istandards internazzjonali u tal-prattiki rakkomandati, b’mod partikolari dawk stipulati fl-Annessi 2 sa 4, 10, 11 u 15 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.”

Artikolu 57 (5)

L-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“2a.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/2803, għall-fini tat-twettiq tal-kompiti ta’ ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar tagħhom fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali elenkati fil-punt 7 tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw fuq il-valutazzjonijiet li jsiru mill-awtorità superviżorja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament meta twettaq il-kompiti tagħha skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament.”

;

(b)

il-punt (a) tal-paragrafu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

ir-regoli u l-proċeduri għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet, l-awditi u attivitajiet oħra ta’ monitoraġġ meħtieġa biex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva mill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, prodotti, partijiet, tagħmir, sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS, apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir u ajrudromi soġġetti għal dan ir-Regolament u r-regoli u l-proċeduri għall-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-konformità tal-fornituri ta’ ATM/ANS mar-rekwiżiti essenzjali elenkati fil-punt 7 tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità superviżorja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2024/2803 mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament;”

;

Artikolu 57 (6)

L-Artikolu 93 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 93

Implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew

L-Aġenzija għandha, fejn ikollha l-għarfien espert rilevanti u fuq talba, tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni, fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, b’mod partikolari billi:

(a)

twettaq spezzjonijiet tekniċi, investigazzjonijiet tekniċi u studji;

(b)

tikkontribwixxi, f’materji koperti minn dan ir-Regolament, f’kooperazzjoni mal-Bord ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni (PRB) imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2024/2803, għall-implimentazzjoni ta’ skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-network;

(c)

tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM, inkluż l-iżvilupp u l-użu tal-proġett SESAR.”

Artikolu 57 (7)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“2.3a.   Servizzi tad-data dwar it-traffiku tal-ajru

2.3a.1.

Id-data dwar it-traffiku tal-ajru miġbura għandu jkollha kwalità suffiċjenti, tkun kompluta u attwali, tinkiseb mingħand sors leġittimu u tiġi pprovduta f’waqtha.

2.3a.2.

Is-servizzi tad-data dwar it-traffiku tal-ajru għandhom jiksbu u jżommu prestazzjoni suffiċjenti fir-rigward tad-disponibbiltà, tal-integrità, tal-kontinwità u tat-tempestività tagħhom, biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utent.

2.3a.3

Is-sistemi u l-għodod li jipprovdu servizzi tad-data dwar it-traffiku tal-ajru għandhom jiġu mfassla, prodotti u miżmuma sew biex ikun żgurat li jkunu adattati għall-iskop intenzjonat tagħhom.

2.3a.4.

Id-disseminazzjoni ta’ din id-data għandha ssir f’waqtha u tuża mezzi ta’ komunikazzjoni affidabbli u veloċi biżżejjed protetti minn interferenza u korruzzjoni intenzjonali u mhux intenzjonali.”
;

(b)

il-punt 2.8. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.8.   Ġestjoni tal-ispazju tal-ajru

Id-deżinjazzjoni ta’ volumi speċifiċi ta’ spazju tal-ajru għal ċertu użu għandha tiġi mmonitorjata, ikkoordinata u promulgata f’waqtha sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ telf ta’ separazzjoni bejn l-inġenji tal-ajru f’kull ċirkostanza. Filwaqt li tqis l-organizzazzjoni tal-attivitajiet militari u l-aspetti relatati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru għandha tappoġġa wkoll l-applikazzjoni uniformi tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru kif deskritt mill-ICAO u kif implimentat skont ir-Regolament (UE) 2024/2803, biex jiffaċilita l-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport.”

;

(c)

il-punt (c) tal-punt 5.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

kif ikun adatt skont it-tip ta’ attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, il-fornitur tas-servizz għandu jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati f’dan l-Anness, jimmaniġġja r-riskji tas-sikurezza u tas-sigurtà u jimmira għal titjib kontinwu ta’ din is-sistema;”

;

(d)

jiżdied il-punt li ġej:

“7.   ROBUSTEZZA FINANZJARJA, RESPONSABBILTÀ, REKWIŻITI TA’ KOPERTURA TAL-ASSIGURAZZJONI, SJIEDA U STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI

Il-fornituri ta’ ATM/ANS għandhom, bil-ħsieb li jiżguraw forniment ta’ servizz sikur u kontinwu:

(a)

juru robustezza finanzjarja suffiċjenti;

(b)

ikunu kisbu responsabbiltà u kopertura tal-assigurazzjoni adatti, b’kont meħud tal-istatus legali tagħhom u l-livell ta’ kopertura tal-assigurazzjoni kummerċjali disponibbli; u

(c)

jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli dwar is-sjieda u l-istruttura organizzazzjonali bil-ħsieb li jevitaw kunflitti ta’ interess biex jiġi żgurat għoti ta’ servizz nondiskriminatorju.”.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.