+Artikolu 4 Distretti tal-ħamrija u unitajiet tal-ħamrija
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
|
Artikolu 4 Distretti tal-ħamrija u unitajiet tal-ħamrija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, għal finijiet amministrattivi, distrett wieħed jew aktar tal-ħamrija li għandhom ikopru t-territorju kollu tagħhom u li għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar kif maħtura skont l-Artikolu 5.
|
|
Artikolu 4 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu unitajiet tal-ħamrija li flimkien ikopru t-territorju kollu tagħhom, għall-finijiet tat-tfassil tal-monitoraġġ u tar-rapportar fir-rigward tas-saħħa tal-ħamrija f’ċertu marġni ta’ errur fl-unità tal-ħamrija kkonċernata, filwaqt li jitqiesu:
|
(a)
|
il-firxa ġeografika tad-distretti tal-ħamrija kif stabbiliti skont il-paragrafu 1;
|
|
(b)
|
it-tip ta’ ħamrija kif definit fil-mappa tar-reġjuni tal-ħamrija tal-Unjoni Ewropea u tal-Pajjiżi Kontigwi 1: 5 000 000, ippubblikata mill-Istitut Federali tal-Ġeoxjenzi u r-Riżorsi Naturali (BGR), fi sħubija maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC);
|
|
(c)
|
il-kategoriji tal-użu tal-art, minbarra l-korpi tal-ilma, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2018/841.
|
|
|
Artikolu 4 3
|
3. Għall-finijiet li jistabbilixxu l-unitajiet tal-ħamrija tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jużaw, meta jkunu disponibbli fil-livell tal-Unjoni, dak nazzjonali jew sottonazzjonali, l-aġġornamenti tad-data msemmija fil-paragrafu 2 jew data aktar dettaljata ekwivalenti għal dik id-data.
L-Istati Membri jistgħu jqisu data ġeografika addizzjonali biex jistabbilixxu l-unitajiet tal-ħamrija tagħhom, bħal data li tikkonċerna l-klima, iż-żoni ambjentali kif deskritt fl-istudji xjentifiċi jew ir-rapporti rilevanti, jew il-baċiri tax-xmajjar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|