3. Għall-finijiet li jistabbilixxu l-unitajiet tal-ħamrija tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jużaw, meta jkunu disponibbli fil-livell tal-Unjoni, dak nazzjonali jew sottonazzjonali, l-aġġornamenti tad-data msemmija fil-paragrafu 2 jew data aktar dettaljata ekwivalenti għal dik id-data.
L-Istati Membri jistgħu jqisu data ġeografika addizzjonali biex jistabbilixxu l-unitajiet tal-ħamrija tagħhom, bħal data li tikkonċerna l-klima, iż-żoni ambjentali kif deskritt fl-istudji xjentifiċi jew ir-rapporti rilevanti, jew il-baċiri tax-xmajjar.