4. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għandhom jingranaw id-data u l-prodotti eżistenti bbażati fl-ispazju mwassla taħt il-komponent Copernicus tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696, biex, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, jesploraw possibbiltajiet fir-rigward ta’, u jiżviluppaw prodotti ta’ telerilevament tal-ħamrija, biex jipprovdu lill-Istati Membri bid-data meħtieġa dwar l-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija u biex jappoġġaw lill-Istati Membri fil-monitoraġġ tad-deskritturi rilevanti tal-ħamrija.