5. Sas-17 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni u l-EEA għandhom, abbażi tad-data eżistenti, jistabbilixxu portal diġitali ta’ data dwar is-saħħa tal-ħamrija (il-“portal diġitali ta’ data dwar is-saħħa tal-ħamrija”) biex jipprovdu aċċess f’format spazjali ġeoreferenzjat għal mill-inqas id-data disponibbli dwar is-saħħa tal-ħamrija, aggregata fil-livell tal-unità tal-ħamrija jew f’livell aktar dettaljat, li tirriżulta minn:
|
(a)
|
il-kejl tal-ħamrija msemmi fl-Artikolu 9(3) u (4);
|
|
(b)
|
id-data u l-prodotti rilevanti ta’ telerilevament tal-ħamrija msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
|
L-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa tal-ħamrija msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-aċċess għaliha għandhom jitwettqu f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni.