6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valur ta’ skattar operazzjonali wieħed jew aktar għal kull deskrittur tal-ħamrija elenkat fl-Anness I, il-Partijiet A u B, li jirriflettu l-livelli ta’ degradazzjoni tal-ħamrija li abbażi tagħhom ikun meħtieġ appoġġ għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija f’konformità mal-Artikolu 11.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-valur ta’ skattar operazzjonali għal deskrittur tal-ħamrija wieħed jew aktar fl-istess livell bħall-valur fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti għal dawk id-deskritturi tal-ħamrija.