+Artikolu 7 Deskritturi tal-ħamrija, kriterji għall-kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha, u indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
---+Artikolu 7 6
---+Artikolu 7 7
---+Artikolu 7 8

Artikolu 7 Deskritturi tal-ħamrija, kriterji għall-kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha, u indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   Meta jimmonitorjaw u jivvalutaw is-saħħa tal-ħamrija, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Partijiet A, B u C.

Meta jimmonitorjaw l-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti D.

Artikolu 7 2

2.   Meta jivvalutaw is-saħħa tal-ħamrija, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji għal kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha magħmula minn:

(a)

valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti elenkati fl-Anness I, il-Partijiet A u B; u

(b)

valuri ta’ skattar operazzjonali stabbilit skont il-paragrafu 6.

Artikolu 7 3

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ kontaminanti organiċi għad-deskrittur tal-ħamrija relatat mal-kontaminazzjoni tal-ħamrija msemmija fl-Anness I, il-Parti B. Għal dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-lista indikattiva ta’ kontaminanti tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 8.

Artikolu 7 4

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ kontaminanti għad-deskritturi tal-ħamrija relatati mal-kontaminazzjoni tal-ħamrija msemmija fl-Anness I, il-Parti C, inkluż il-pestiċidi, il-metaboliti tagħhom u s-sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS), li jirrappreżentaw l-ogħla riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, filwaqt li jqisu l-lista indikattiva ta’ kontaminanti tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 8 kif ukoll informazzjoni rilevanti dwar dan li ġej, jekk disponibbli:

(a)

it-tossiċità tal-kontaminant tal-ħamrija;

(b)

il-persistenza u l-mobbiltà tal-kontaminant tal-ħamrija;

(c)

is-sorsi possibbli u l-okkorrenza tal-kontaminant tal-ħamrija;

(d)

id-data kwantitattiva dwar il-produzzjoni, l-użu, il-konsum jew il-volumi ta’ bejgħ tas-sustanzi involuti fl-Istati Membri kkonċernati;

(e)

id-data mill-bijomonitoraġġ uman minn proġetti ta’ riċerka, u l-preżenza ta’ kontaminanti fil-mezzi ambjentali.

Artikolu 7 5

5.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti B, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, il-Parti B, it-tielet kolonna.

Artikolu 7 6

6.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valur ta’ skattar operazzjonali wieħed jew aktar għal kull deskrittur tal-ħamrija elenkat fl-Anness I, il-Partijiet A u B, li jirriflettu l-livelli ta’ degradazzjoni tal-ħamrija li abbażi tagħhom ikun meħtieġ appoġġ għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija f’konformità mal-Artikolu 11.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-valur ta’ skattar operazzjonali għal deskrittur tal-ħamrija wieħed jew aktar fl-istess livell bħall-valur fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti għal dawk id-deskritturi tal-ħamrija.

Artikolu 7 7

7.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu deskritturi tal-ħamrija u indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija apparti dawk li huma elenkati fl-Anness I.

Artikolu 7 8

8.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni meta jistabbilixxu jew jadattaw id-deskritturi tal-ħamrija, l-indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija jew kriterji għal kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha f’konformità mal-paragrafi 2 sa 8.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.