+Artikolu 9 3

Artikolu 9 3

3.   L-Istati Membri u, f’każ li l-Kummissjoni tagħti appoġġ f’konformità mal-paragrafu 2 skont il-ftehim bil-miktub imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dak il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha twettaq kejl tal-ħamrija billi tieħu kampjuni tal-ħamrija fil-punti ta’ kampjunar imsemmija fil-paragrafu 1 u tiġbor, tipproċessa u tanalizza d-data kif rilevanti sabiex jiġu determinati dawn li ġejjin:

(a)

il-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I;

(b)

fejn rilevanti, il-valuri tad-deskritturi addizzjonali tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 7(7).

L-Istati Membri għandhom ikunu eżentati milli jieħdu kampjuni tal-ħamrija minn ħamrija ssiġillata u minn żoni li jkunu għaddew minn tneħħija tal-ħamrija.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu ż-żoni li mhumiex f’riskju ta’ salinazzjoni mill-kejl tal-konduttività elettrika msemmija fl-Anness I, il-Parti A, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan, u jipprovdu spjegazzjoni.

Il-kampjunar in situ tal-ħamrija għandu jitwettaq skont il-kriterji minimi għall-metodoloġija għall-istħarriġ kampjunarju fuq il-post definiti fl-Anness II, il-Parti A, il-punt 2.

Għad-deskritturi tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti C, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-punti ta’ kampjunar għal subsett rilevanti tal-għadd totali ta’ punti ta’ kampjunar iddeterminat f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.

Għad-deskrittur dwar it-telf tal-bijodiversità tal-ħamrija elenkat fl-Anness I, il-Parti C, l-Istati Membri għandhom iwettqu kejl fuq mill-inqas 5 % tal-għadd totali tal-punti ta’ kampjunar iddeterminat f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.