6. Abbażi tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija mwettqa f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhom jidentifikaw, fejn rilevanti f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, f’kull distrett tal-ħamrija, iż-żoni fejn ma jiġux issodisfati l-kriterji individwali għal kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha u li għalihom ikun meħtieġ l-appoġġ għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija f’konformità mal-Artikolu 11, u jinformaw lill-pubbliku, fuq livell aggregat, f’konformità mal-Artikolu 20. Id-data dwar il-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinfurmaw l-iżvilupp tal-programmi, il-pjanijiet, il-miri u l-miżuri elenkati fl-Anness III.