+Artikolu 10 Valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
---+Artikolu 10 6
---+Artikolu 10 7
---+Artikolu 10 8

Artikolu 10 Valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1

1.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw is-saħħa tal-ħamrija fid-distretti kollha tal-ħamrija tagħhom u fl-unitajiet tal-ħamrija assoċjati abbażi tad-data miġbura fil-kuntest tal-monitoraġġ tal-ħamrija msemmi fl-Artikoli 6 sa 9 għal kull wieħed mid-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Partijiet A u B.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija jitwettqu kull sitt snin u li l-ewwel valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija titwettaq sas-17 ta’ Diċembru 2031.

Artikolu 10 2

2.   Is-saħħa tal-ħamrija għandha tkun ivvalutata fir-rigward ta’ kull aspett tad-degradazzjoni tal-ħamrija bl-użu tal-valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti u l-valuri ta’ skattar operazzjonali għall-kriterju relatat għall-kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 7(2), (5) u (6).

Artikolu 10 3

3.   L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-valuri għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti C, bil-ħsieb li jidentifikaw jekk hemmx telf kritiku tas-servizzi tal-ekosistema, filwaqt li jqisu d-data rilevanti u l-għarfien xjentifiku disponibbli. L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-valuri tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti D, bil-ħsieb li jivvalutaw l-impatt tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija fuq it-telf tas-servizzi tal-ekosistema u fuq l-objettivi u l-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/841.

Artikolu 10 4

4.   L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw titjib għal kull deskrittur tal-ħamrija elenkat fl-Anness I, il-Partijiet A, B u C.

Artikolu 10 5

5.   Kundizzjoni tajba għal deskrittur elenkat fl-Anness I, il-Partijiet A u B, għandha titqies li nkisbet meta jintlaħaq il-valur fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu intervall ta’ valuri għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Partijiet A u B, li jikkostitwixxu kundizzjoni moderata u kundizzjoni ħażina fir-rigward tal-valuri ta’ skattar operazzjonali. L-intervall ta’ kundizzjoni moderata biss jista’ jkun null.

Artikolu 10 6

6.   Abbażi tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija mwettqa f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhom jidentifikaw, fejn rilevanti f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, f’kull distrett tal-ħamrija, iż-żoni fejn ma jiġux issodisfati l-kriterji individwali għal kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha u li għalihom ikun meħtieġ l-appoġġ għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija f’konformità mal-Artikolu 11, u jinformaw lill-pubbliku, fuq livell aggregat, f’konformità mal-Artikolu 20. Id-data dwar il-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinfurmaw l-iżvilupp tal-programmi, il-pjanijiet, il-miri u l-miżuri elenkati fl-Anness III.

Artikolu 10 7

7.   Sabiex jikkontribwixxu għat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhom jidentifikaw, fejn rilevanti f’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, f’kull distrett tal-ħamrija, iż-żoni b’potenzjal għoli għat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija permezz tat-tneħħija tal-issiġillar u r-rikostruzzjoni tal-ħamrija. Il-potenzjal taż-żoni ta’ ħamrija ssiġillata u ż-żoni li għaddew minn tneħħija tal-ħamrija għandu jiġi vvalutat abbażi tal-fattibbiltà teknika, il-kosteffiċjenza u l-livell ta’ titjib li jista’ jinkiseb fis-saħħa tal-ħamrija.

Artikolu 10 8

8.   Minbarra l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 20 f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-data dwar is-saħħa tal-ħamrija msemmija fl-Artikoli 6 sa 9 u r-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija mwettqa f’konformità ma’ dan l-Artikolu lis-sidien tal-art u lill-maniġers tal-art rilevanti fuq talba tagħhom, b’mod partikolari biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-parir ibbażat fuq ix-xjenza msemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (a).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.