7. Sabiex jikkontribwixxu għat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 għandhom jidentifikaw, fejn rilevanti f’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, f’kull distrett tal-ħamrija, iż-żoni b’potenzjal għoli għat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija permezz tat-tneħħija tal-issiġillar u r-rikostruzzjoni tal-ħamrija. Il-potenzjal taż-żoni ta’ ħamrija ssiġillata u ż-żoni li għaddew minn tneħħija tal-ħamrija għandu jiġi vvalutat abbażi tal-fattibbiltà teknika, il-kosteffiċjenza u l-livell ta’ titjib li jista’ jinkiseb fis-saħħa tal-ħamrija.