+Artikolu 11 Appoġġ għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2

Artikolu 11 Appoġġ għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1

1.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu u jappoġġaw lis-sidien tal-art u lill-maniġers tal-art fir-rigward tat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija u jiffaċilitaw tali titjib mis-sidien tal-art u mill-maniġers tal-art billi, fost l-oħrajn:

(a)

jiżguraw aċċess faċli u ugwali għal pariri imparzjali u indipendenti bbażati fuq ix-xjenza u għal informazzjoni, attivitajiet ta’ taħriġ u tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-maniġers tal-ħamrija, għas-sidien tal-art, għall-maniġers tal-art u għall-awtoritajiet rilevanti fir-rigward ta’ prattiki li jtejbu s-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija;

(b)

jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji multipli fuq terminu medju u twil ta’ prattiki li jtejbu s-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija u li jiġbdu l-attenzjoni għall-kostijiet li jġibu magħhom prattiki li huma ta’ detriment għas-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija;

(c)

jippromwovu r-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward ta’ kunċetti ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u prattiki ta’ riġenerazzjoni tal-ħamrija adattati għall-karatteristiċi tal-ħamrija lokali, il-kundizzjonijiet klimatiċi u l-użu tal-art;

(d)

jipprovdu, fil-livell lokali, informazzjoni dwar miżuri u prattiki xierqa biex jiżdiedu s-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija, abbażi tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija mwettqaskont l-Artikolu 10, fejn xieraq, filwaqt li jqisu d-dokumenti u l-għodod xjentifiċi msemmija fl-Artikolu 24(1), il-punt (k);

(e)

iqiegħdu għad-dispożizzjoni ħarsa ġenerali aġġornata regolarment tal-finanzjament, l-istrumenti u miżuri oħra disponibbli li jappoġġaw is-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija.

Artikolu 11 2

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu dan li ġej, fuq bażi regolari:

(a)

jivvalutaw liema ħtiġijiet tekniċi u finanzjarji jeżistu fir-rigward tat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija u tar-reżiljenza tal-ħamrija;

(b)

jinvolvu ruħhom mal-pubbliku kkonċernat, b’mod partikolari s-sidien tal-art u l-maniġers tal-artijiet, u jiżguraw li l-pubbliku kkonċernat jingħata opportunità bikrija u effettiva biex jiddetermina l-livell ta’ appoġġ meħtieġ; u

(c)

jivvalutaw l-effetti mistennija fuq is-saħħa tal-ħamrija u r-reżiljenza tal-ħamrija tal-miżuri meħuda fil-kuntest tal-programmi, il-pjanijiet, il-miri u l-miżuri elenkati fl-Anness III.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.