1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u ta’ siti kkontaminati jiġu identifikati, ġestiti, u jinżammu f’livelli aċċettabbli, filwaqt li jqisu l-impatt ambjentali, soċjali u ekonomiku tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju meħuda skont l-Artikolu 16(4). Dawk ir-riskji jistgħu jiġu evalwati b’kont meħud tal-użu attwali u ppjanat tal-art matul kull wieħed mill-passi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ġerarkija ta’ responsabbiltà biex jiddeterminaw il-parti jew il-partijiet responsabbli għall-implimentazzjoni speċifika għas-sit tal-paragrafu 2, il-punti (b) u (c), ta’ dan l-Artikolu.