+Artikolu 13 Approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4

Artikolu 13 Approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u ta’ siti kkontaminati jiġu identifikati, ġestiti, u jinżammu f’livelli aċċettabbli, filwaqt li jqisu l-impatt ambjentali, soċjali u ekonomiku tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju meħuda skont l-Artikolu 16(4). Dawk ir-riskji jistgħu jiġu evalwati b’kont meħud tal-użu attwali u ppjanat tal-art matul kull wieħed mill-passi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ġerarkija ta’ responsabbiltà biex jiddeterminaw il-parti jew il-partijiet responsabbli għall-implimentazzjoni speċifika għas-sit tal-paragrafu 2, il-punti (b) u (c), ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 13 2

2.   Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti aktar stretti li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, l-Istati Membri għandhom, sas-17 ta’ Diċembru 2029, jistabbilixxu approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali għal dawn li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati f’konformità mal-Artikolu 14;

(b)

l-investigazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati f’konformità mal-Artikolu 15;

(c)

il-valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit u l-ġestjoni ta’ siti kkontaminati f’konformità mal-Artikolu 16.

Artikolu 13 3

3.   Il-pubbliku kkonċernat għandu jingħata opportunitajiet bikrija u effettivi:

(a)

biex jipprovdu kummenti dwar l-istabbiliment u l-applikazzjoni konkreta tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali msemmi fil-paragrafu 2;

(b)

biex jipprovdu informazzjoni rilevanti għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a), bħal bijomonitoraġġ uman jew data ta’ monitoraġġ ambjentali minn proġetti ta’ riċerka;

(c)

biex jipprovdu informazzjoni bil-ħsieb li tiġi kkoreġuta l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru msemmija fl-Artikolu 17.

Il-kummenti pprovduti taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu kkunsidrati meta l-Istati Membri jistabbilixxu u japplikaw l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u gradwali.

Artikolu 13 4

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta lill-pubbliku fil-ħin, u b’mod adegwat u effettiv, inkluż permezz ta’ avviżi pubbliċi u media elettronika.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.