2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-perjodu ta’ żmien, il-kontenut, il-forma u l-prijoritizzazzjoni tal-investigazzjonijiet tal-ħamrija.
L-Istati Membri għandhom iqisu s-siti potenzjalment ikkontaminati li jinsabu f’żoni użati għall-estrazzjoni tal-ilma għall-konsum mill-bniedem fil-prijoritizzazzjoni tal-investigazzjonijiet tal-ħamrija.
L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ir-rapporti ta’ referenza u l-miżuri ta’ monitoraġġ implimentati f’konformità mad-Direttiva 2010/75/UE kif ukoll investigazzjonijiet oħra bħal investigazzjonijiet tal-ħamrija, jekk tali rapporti, miżuri u investigazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.