|
+Artikolu 14 |
Artikolu 14Artikolu 14 Tħassir ta’ data tal-API u ta’ data oħra tal-PNR mir-router Id-data tal-API u data oħra tal-PNR, ittrasferita lir-router skont dan ir-Regolament għandha tinħażen fuq ir-router biss sa fejn tkun neċessarja sabiex titlesta t-trażmissjoni lill-PIUs rilevanti f’konformità ma’ dan ir-Regolament u għandha titħassar mir-router, minnufih, b’mod permanenti u awtomatizzat, fiż-żewġ sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
meta jiġi kkonfermat, f’konformità mal-Artikolu 12(3), li t-trażmissjoni tad-data tal-API u data oħra tal-PNR lill-PIUs rilevanti tkun tlestiet;
(b)
meta d-data tal-API jew data oħra tal-PNR tkun relatata ma’ titjiriet intra-UE għajr dawk inklużi fil-listi msemmijin fl-Artikolu 12(4). Ir-router għandu jinforma awtomatikament lill-eu-LISA u lill-PIUs dwar it-tħassir immedjat ta’ titjiriet intra-UE kif imsemmi fil-punt (b). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|