+Artikolu 25
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.

Artikolu 25

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.
L-eu-LISA għandha tkun responsabbli mid-disinn tal-arkitettura fiżika tar-router, inkluża d-definizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu.
Artikolu 25 2.
L-eu-LISA għandha tkun responsabbli mill-iżvilupp tar-router, inkluż kwalunkwe adattament tekniku meħtieġ biex jopera r-router.

L-iżvilupp tar-router għandu jikkonsisti fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-ittestjar u l-ġestjoni ġenerali tal-proġett u l-koordinazzjoni tal-fażi tal-iżvilupp.

Artikolu 25 3.
L-eu-LISA għandha tiżgura li r-router ikun iddisinjat u żviluppat b’tali mod li r-router jipprovdi l-funzjonalitajiet speċifikati f’dan ir-Regolament, u li r-router jibda jopera mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-atti delegati previsti fl-Artikolu 4(12), fl-Artikolu 5(3), fl-Artikolu 7(2), u tal-atti ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 11(5), fl-Artikolu 12(4), fl-Artikolu 23(2), fl-Artikolu 24(2) ta’ dan ir-Regolament, u tal-atti ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva (UE) 2016/681, u wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679.
Artikolu 25 4.
L-eu-LISA għandha tipprovdi sett għall-ittestjar tal-konformità lill-PIUs, lil awtoritajiet rilevanti oħrajn tal-Istati Membri u lit-trasportaturi bl-ajru. Is-sett għall-ittestjar tal-konformità għandu jinkludi ambjent għall-ittestjar, simulatur, settijiet ta’ data għall-ittestjar, u pjan għall-ittestjar. Is-sett għall-ittestjar tal-konformità għandu jippermetti testijiet komprensivi tar-router imsemmi fil-paragrafi 5 u 6 u għandu jibqa’ disponibbli wara li jitlestew dawk it-testijiet.
Artikolu 25 5.
Meta l-eu-LISA tqis li l-fażi ta’ żvilupp tkun tlestiet fir-rigward tad-data tal-API, hija għandha, mingħajr dewmien żejjed, twettaq test komprensiv tar-router, f’kooperazzjoni mal-PIUs u ma’ awtoritajiet rilevanti oħrajn tal-Istati Membri u mat-trasportaturi bl-ajru u tinforma lill-Kummissjoni bl-eżitu ta’ dak it-test.
Artikolu 25 6.
Meta l-eu-LISA tqis li l-fażi tal-iżvilupp tkun ġiet kompluta fir-rigward ta’ data oħra tal-PNR, hija għandha, mingħajr dewmien żejjed, twettaq testijiet komprensivi tar-router biex tiżgura l-affidabbiltà tal-konnessjonijiet tar-router mat-trasportaturi bl-ajru u l-PIUs, it-trażmissjoni standardizzata meħtieġa ta’ data oħra tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru u t-trasferiment u t-trażmissjoni ta’ data oħra tal-PNR f’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2016/681, inkluż l-użu tal-protokolli komuni u l-formati tad-data standardizzati appoġġati msemmijin fl-Artikolu 16, il-paragrafi 2 u 3, ta’ dik id-Direttiva biex tiġi żgurata l-leġġibbiltà tad-data oħra tal-PNR. Testijiet bħal dawn għandhom jitwettqu f’kooperazzjoni mal-PIUs u mal-awtoritajiet rilevanti oħra tal-Istati Membri u mat-trasportaturi bl-ajru. L-eu-LISA għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar l-eżitu ta’ dawk it-testijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.