Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (
2
), l-eu-LISA għandha tapplika regoli xierqa ta’ segretezza professjonali jew ta’ dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta’ kunfidenzjalità għall-persunal tagħha li jkun meħtieġ jaħdem bid-
data tal-API u
data oħra tal-PNR trażmessa permezz tar-router. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawn il-membri tal-persunal iħallu l-kariga jew l-impjieg jew wara li jintemmu l-attivitajiet tagħhom.