+Artikolu 26
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.

Artikolu 26

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.
L-eu-LISA għandha tospita r-router fis-siti tekniċi tagħha.
Artikolu 26 2.
L-eu-LISA għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni teknika tar-router, inkluż il-manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi tiegħu, b’tali mod li tiżgura li d-data tal-API u data oħra tal-PNR jiġu trażmessi b’mod sigur, effettiv u rapidu permezz tar-router, f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Il-ġestjoni teknika tar-router għandha tikkonsisti fit-twettiq tal-kompiti kollha u fl-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi kollha meħtieġa għall-funzjonament xieraq tar-router skont dan ir-Regolament, mingħajr interruzzjoni, 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Għandha tinkludi x-xogħol ta’ manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa sabiex jiġi żgurat li r-router jiffunzjona f’livell sodisfaċenti ta’ kwalità teknika, b’mod partikolari fir-rigward tad-disponibbiltà, tal-preċiżjoni u tal-affidabbiltà tat-trażmissjoni tad-data tal-API u data oħra tal-PNR, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u, kemm jista’ jkun, b’mod allinjat mal-ħtiġijiet operattivi tal-PIUs u tat-trasportaturi bl-ajru.

Artikolu 26 3.
Il-persunal tal-eu-LISA ma għandu jkollu aċċess għall-ebda data tal-API jew data oħra tal-PNR li tiġi trażmessa permezz tar-router. Madankollu, dik il-projbizzjoni ma għandhiex tipprekludi lill-persunal tal-eu-LISA milli jkollha tali aċċess sa fejn ikun strettament neċessarju għall-manutenzjoni u l-ġestjoni teknika tar-router.
Artikolu 26 4.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 2 ), l-eu-LISA għandha tapplika regoli xierqa ta’ segretezza professjonali jew ta’ dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta’ kunfidenzjalità għall-persunal tagħha li jkun meħtieġ jaħdem bid-data tal-API u data oħra tal-PNR trażmessa permezz tar-router. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawn il-membri tal-persunal iħallu l-kariga jew l-impjieg jew wara li jintemmu l-attivitajiet tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.