+Artikolu 29
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.

Artikolu 29

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.
Mit-28 ta’ Jannar 2025, il-Grupp Konsultattiv tal-API-PNR, stabbilit skont l-Artikolu 27(1), il-punt (de), tar-Regolament (UE) 2018/1726, għandu jipprovdi lill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA l-għarfien espert meħtieġ relatat mal-API-PNR b’mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali tiegħu u r-rapport annwali tal-attività tiegħu.
Artikolu 29 2.
Kull meta jkunu disponibbli, l-eu-LISA għandha tipprovdi lill-Grupp Konsultattiv tal-API-PNR bil-verżjonijiet, anke dawk intermedjarji, tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u tas-settijiet għall-ittestjar tal-konformità msemmijin fl-Artikolu 25(1), (2) u (4).
Artikolu 29 3.

Il-Grupp Konsultattiv tal-API-PNR għandu jeżerċita l-funzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jipprovdi għarfien espert lill-eu-LISA u lill-Bord tat-Tmexxija tal-Programm dwar id-disinn u l-iżvilupp tar-router f’konformità mal-Artikolu 25;

(b) 

jipprovdi għarfien espert lill-eu-LISA dwar il-hosting u l-ġestjoni teknika tar-router f’konformità mal-Artikolu 26;

(c) 

jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Bord tat-Tmexxija tal-Programm, fuq talba tiegħu, dwar il-progress fid-disinn u l-iżvilupp tar-router, inkluż dwar il-progress fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u s-settijiet għall-ittestjar tal-konformità msemmijin fil-paragrafu 2.

Artikolu 29 4.
Il-Grupp Konsultattiv tal-API-PNR ma għandu jkollu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet, u lanqas mandat biex jirrappreżenta lill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA jew lill-membri tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.