+Artikolu 31
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.

Artikolu 31

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.
Sad-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 45, it-tieni paragrafu, il-punt (a), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Grupp ta’ Esperti tal-API f’konformità mar-regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-operat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni.
Artikolu 31 2.
Il-Grupp ta’ Esperti tal-API għandu jagħti lok għal komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, u bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u t-trasportaturi bl-ajru, dwar kwistjonijiet ta’ politika relatati mal-kompiti u l-obbligi rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-penali msemmijin fl-Artikolu 38.
Artikolu 31 3.
Il-Grupp ta’ Esperti tal-API għandu jkun ippresedut mill-Kummissjoni u kostitwit f’konformità mar-regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-operat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni. Dan għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, rappreżentanti tat-trasportaturi bl-ajru u esperti tal-eu-LISA. Meta jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Grupp ta’ Esperti tal-API jista’ jistieden lil partijiet ikkonċernati rilevanti, b’mod partikolari lil rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali indipendenti, biex jipparteċipaw fil-ħidma tiegħu.
Artikolu 31 4.
Il-Grupp ta’ Esperti tal-API għandu jwettaq il-kompiti tiegħu f’konformità mal-prinċipju ta’ trasparenza. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-minuti tal-laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti tal-API u dokumenti rilevanti oħra fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.