+Artikolu 37
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.

Artikolu 37

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1.
L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni tal-API waħda jew aktar responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni fit-territorju tagħhom mit-trasportaturi bl-ajru tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għall-iżgurar tal-konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Artikolu 37 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni tal-API jkollhom il-mezzi kollha u s-setgħat investigattivi u ta’ infurzar kollha meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, inkluż billi jimponu l-penali msemmijin fl-Artikolu 38, fejn xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lill-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni tal-API ikun soġġett għal salvagwardji xierqa f’konformità mad-drittijiet fundamentali ggarantiti skont il-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 37 3.
L-Istati Membri għandhom, sad-data rilevanti tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 45, it-tieni paragrafu, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-isem u bid-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet li jkunu ħatru skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla jew emenda sussegwenti għalihom.
Artikolu 37 4.
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji msemmijin fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679, fl-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u fl-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/681.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.