+Artikolu 44
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 44 4.
---+Artikolu 44 5.
---+Artikolu 44 6.
---+Artikolu 44 7.

Artikolu 44

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44 1.
L-eu-LISA għandha tiżgura li jkun hemm fis-seħħ proċeduri għall-monitoraġġ tal-iżvilupp tar-router fid-dawl tal-objettivi relatati mal-ippjanar u l-ispejjeż, u għall-monitoraġġ tal-funzjonament tar-router fid-dawl tal-objettivi relatati mar-rendiment tekniku, il-kosteffettività, is-sigurtà u l-kwalità tas-servizz.
Artikolu 44 2.
Sad-29 ta’ Jannar 2026 u kull sena wara matul il-fażi ta’ żvilupp tar-router, l-eu-LISA għandha tipproduċi rapport dwar is-sitwazzjoni attwali tal-iżvilupp tar-router u tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż magħmula u dwar kwalunkwe riskju li jista’ jkollu impatt fuq l-ispejjeż ġenerali li jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 32.
Artikolu 44 3.
Ladarba r-router jibda jopera, l-eu-LISA għandha tipproduċi rapport li jispjega fid-dettall kif ikunu ntlaħqu l-objettivi, b’mod partikolari dawk relatati mal-ippjanar u mal-ispejjeż, u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u tagħti raġunijiet għal kwalunkwe diverġenzi.
Artikolu 44 4.

Sad-29 ta’ Jannar 2029, u kull erba’ snin wara, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport li jkun fih evalwazzjoni ġenerali ta’ dan ir-Regolament, inkluż dwar il-ħtieġa u l-valur miżjud tal-ġbir tad-data tal-API, inkluz valutazzjoni ta’:

(a) 

l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

kemm dan ir-Regolament laħaq l-objettivi tiegħu;

(c) 

l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq id-drittijiet fundamentali protetti skont il-liġi tal-Unjoni;

(d) 

l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-esperjenza tal-ivvjaġġar ta’ passiġġieri leġittimi;

(e) 

l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-kompetittività tas-settur tal-avjazzjoni u l-piż imġarrab min-negozji;

(f) 

il-kwalità tad-data trażmessa mir-router lill-PIUs;

(g) 

il-prestazzjoni tar-router fir-rigward tal-PIUs.

Għall-finijiet tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jindirizza wkoll l-interazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma’ atti leġiżlattivi rilevanti oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226 u (UE) 2018/1240, sabiex jivvaluta l-impatt ġenerali tal-obbligi ta’ rapportar relatati fuq it-trasportaturi bl-ajru, jidentifika d-dispożizzjonijiet li jistgħu jiġu aġġornati u ssimplifikati, fejn xieraq, biex jittaffa l-piż fuq it-trasportaturi bl-ajru, u jikkunsidra azzjonijiet u miżuri li jistgħu jittieħdu biex titnaqqas il-pressjoni tal-ispejjeż totali fuq it-trasportaturi bl-ajru.

Artikolu 44 5.
L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tan-neċessità, il-proporzjonalità u l-effettività li jiġu inklużi l-ġbir u t-trasferiment obbligatorji tad-data tal-API relatata ma’ titjiriet intra-UE fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 44 6.
Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali. Jekk ikun xieraq, fid-dawl tal-evalwazzjoni mwettqa, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-ħsieb li temenda dan ir-Regolament.
Artikolu 44 7.
L-Istati Membri u t-trasportaturi bl-ajru għandhom, fuq talba, jipprovdu lil eu-LISA u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ tabbozza r-rapporti imsemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar il-ġbir tad-data tal-API minn perspettiva operattiva. L-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tinkludi data personali. L-Istati Membri jistgħu joqogħdu lura milli jipprovdu tali informazzjoni jekk, u sa fejn, ikun meħtieġ li ma jiddivulgawx metodi ta’ ħidma kunfidenzjali jew li ma jipperikolawx l-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin tal-PIUs tagħhom jew ta’ awtoritajiet kompetenti oħrajn. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali pprovduta tkun protetta kif xieraq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.