+Artikolu 5 Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
|
Artikolu 5 Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Meta mill-anqas tliet Stati Membri jimpenjaw ruħhom li jiżguraw li ċ-Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali jaħdmu flimkien biex jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom tal-identifikazzjoni ċibernetika u tal-monitoraġġ tat-theddid, dawk l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu Konsorzju tal-Hosting għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Konsorzju tal-Hosting għandu jkun magħmul minn mill-inqas tliet Stati Membri parteċipanti, li qablu li jistabbilixxu u jikkontribwixxu għall-akkwist ta’ għodod, infrastrutturi jew servizzi għal Ċentru Ċibernetiku Transfruntier, u għall-funzjonament tiegħu, skont il-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 5 3.
|
Meta Konsorzju tal-Hosting jintgħażel f’konformità mal-Artikolu 9(3), il-membri tiegħu għandhom jikkonkludu ftehim tal-konsorzju bil-miktub li:
(a)
jistabbilixxi l-arranġamenti interni għall-implimentazzjoni tal-ftehim tal-hosting u tal-użu msemmi fl-Artikolu 9(3);
(b)
jistabbilixxi ċ-Ċentru Ċibernetiku Transfruntier tal-Konsorzju tal-Hosting; u
(c)
jinkludi l-klawżoli speċifiċi meħtieġa skont l-Artikolu 6(1) u (2).
|
|
Artikolu 5 4.
|
Ċentru Ċibernetiku Transfruntier għandu jkun pjattaforma multinazzjonali stabbilita minn ftehim tal-konsorzju bil-miktub kif imsemmi fil-paragrafu 3. Għandu jlaqqa’ fi struttura ta’ network ikkoordinat iċ-Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali tal-Istati Membri tal-konsorzju tal-hosting. Għandu jitfassal b’tali mod li jsaħħaħ il-monitoraġġ, l-identifikazzjoni u l-analiżi tat-theddid ċibernetiku, bil-għan li jevita l-inċidenti u jsostni l-produzzjoni tal-intelligence dwar it-theddid ċibernetiku, b’mod partikolaripermezz tal-iskambju ta’ data u informazzjoni rilevanti, anonimizzata meta jkun xieraq, kif ukoll permezz tal-kondiviżjoni ta’ għodod mill-aktar avvanzati u billi jiżviluppa b’mod konġunt il-kapaċitajiet ta’ identifikazzjoni, analiżi, prevenzjoni u protezzjoni fil-qasam ċibernetiku f’kuntest ta’ fiduċja.
|
|
Artikolu 5 5.
|
Ċentru Ċibernetiku Transfruntier għandu jkun irrappreżentat għal finijiet legali minn membru tal-Konsorzju tal-Hosting korrispondenti li jaġixxi ta’ koordinatur, jew mill-konsorzju tal-hosting jekk ikollu personalità ġuridika. Ir-responsabbiltà għall-konformità taċ-Ċentru Ċibernetiku Transfruntier ma’ dan ir-Regolament u mal-ftehim tal-hosting u tal-użu għandha tiġi allokata fil-ftehim tal-konsorzju bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 5 6.
|
Stat Membru jista’ jingħaqad ma’ Konsorzju tal-Hosting eżistenti bil-qbil tal-membri tal-Konsorzju tal-Hosting. Il-ftehim tal-konsorzju bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 3 u l-ftehim tal-hosting u tal-użu għandhom jiġu modifikati f’dan is-sens. Dan ma għandux jolqot id-drittijiet ta’ proprjetà taċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà (“ECCC”) fuq l-għodod, l-infrastrutturi jew is-servizzi diġà akkwistati b’mod konġunt ma’ dak il-konsorzju tal-hosting.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0038
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|