+Artikolu 6 1.

Artikolu 6 1.

Il-membri tal-Konsorzju tal-Hosting għandhom jiżguraw li ċ-Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali tagħhom jiskambjaw, f’konformità mal-ftehim tal-konsorzju msemmi fl-Artikolu 5(3), informazzjoni rilevanti,, anonimizzata meta jkun xieraq, pereżempju l-informazzjoni relatata mat-theddid ċibernetiku, il-kważi inċidenti, il-vulnerabbiltajiet, it-tekniki u l-proċeduri, l-indikaturi ta’ kompromess, it-tattiki kontenzjużi, informazzjoni speċifika għall-atturi tat-theddid, twissijiet taċ-ċibersigurtà u rakkomandazzjonijiet dwar il-konfigurazzjoni tal-għodod taċ-ċibersigurtà għall-identifikazzjoni tal-attakki ċibernetiċi bejniethom u fi ħdan iċ-Ċentru Ċibernetiku Transfruntier, meta din il-kondiviżjoni tal-informazzjoni:

(a) 

trawwem u ttejjeb l-identifikazzjoni tat-theddid ċibernetiku u ssaħħaħ il-kapaċitajiet tan-network tas-CSIRTs biex tipprevjeni u tirrispondi għal inċidenti jew timmitiga l-impatt tagħhom;

(b) 

ittejjeb il-livell taċ-ċibersigurtà, pereżempju billi tgħarraf dwar it-theddid ċibernetiku, tillimita jew ixxekkel il-propensità li dan it-theddid jinfirex, tappoġġa firxa ta’ kapaċitajiet difensivi, rimedji u żvelar tal-vulnerabbiltajiet, tekniki tal-identifikazzjoni, tal-kontroll u tal-prevenzjoni tat-theddid, strateġiji tal-mitigazzjoni, stadji ta’ rispons u rkupru jew tippromwovi r-riċerka kollaborattiva dwar it-theddid ċibernetiku bejn l-entitajiet pubbliċi u privati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0038
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.