+Artikolu 6 Kooperazzjoni u kondiviżjoni tal-informazzjoni fi ħdan u bejn iċ-Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
|
Artikolu 6 Kooperazzjoni u kondiviżjoni tal-informazzjoni fi ħdan u bejn iċ-Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Il-membri tal-Konsorzju tal-Hosting għandhom jiżguraw li ċ-Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali tagħhom jiskambjaw, f’konformità mal-ftehim tal-konsorzju msemmi fl-Artikolu 5(3), informazzjoni rilevanti,, anonimizzata meta jkun xieraq, pereżempju l-informazzjoni relatata mat-theddid ċibernetiku, il-kważi inċidenti, il-vulnerabbiltajiet, it-tekniki u l-proċeduri, l-indikaturi ta’ kompromess, it-tattiki kontenzjużi, informazzjoni speċifika għall-atturi tat-theddid, twissijiet taċ-ċibersigurtà u rakkomandazzjonijiet dwar il-konfigurazzjoni tal-għodod taċ-ċibersigurtà għall-identifikazzjoni tal-attakki ċibernetiċi bejniethom u fi ħdan iċ-Ċentru Ċibernetiku Transfruntier, meta din il-kondiviżjoni tal-informazzjoni:
(a)
trawwem u ttejjeb l-identifikazzjoni tat-theddid ċibernetiku u ssaħħaħ il-kapaċitajiet tan-network tas-CSIRTs biex tipprevjeni u tirrispondi għal inċidenti jew timmitiga l-impatt tagħhom;
(b)
ittejjeb il-livell taċ-ċibersigurtà, pereżempju billi tgħarraf dwar it-theddid ċibernetiku, tillimita jew ixxekkel il-propensità li dan it-theddid jinfirex, tappoġġa firxa ta’ kapaċitajiet difensivi, rimedji u żvelar tal-vulnerabbiltajiet, tekniki tal-identifikazzjoni, tal-kontroll u tal-prevenzjoni tat-theddid, strateġiji tal-mitigazzjoni, stadji ta’ rispons u rkupru jew tippromwovi r-riċerka kollaborattiva dwar it-theddid ċibernetiku bejn l-entitajiet pubbliċi u privati.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Il-ftehim tal-konsorzju bil-miktub imsemmi fl-Artikolu 5(3) għandu jistabbilixxi:
(a)
impenn għal kondiviżjoni fost il-membri tal-Konsorzju tal-Hosting ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 u l-kundizzjonijiet li skonthom tali informazzjoni trid tiġi kondiviżi.;
(b)
qafas ta’ governanza li jiċċara u jinċentiva l-kondiviżjoni mill-parteċipanti kollha tal-informazzjoni rilevanti, anonimizzata meta jkun xieraq, kif imsemmifil-paragrafu 1;
(c)
objettivi għall-kontribut għall-iżvilupp ta’ għodod u teknoloġiji avvanzati, pereżempju għodod tal-intelliġenza artifiċjali u tal-analiżi tad-data.
Il-ftehim bil-miktub jista’ jispeċifika li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kondiviża f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri għandhom jikkonkludu ma’ xulxin ftehimiet ta’ kooperazzjoni, li jispeċifikaw il-prinċipji ta’ interoperabbiltà u kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn iċ-Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri. Iċ-Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni konklużi.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 bejn iċ-Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri għandu jiġi żgurat permezz ta’ livell għoli ta’ interoperabbiltà. Bil-għan li tiġi sostnuta tali interoperabbiltà, l-ENISA għandha, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ sal-5 ta’ Frar 2026, toħroġ linji gwida dwar l-interoperabbiltà li jispeċifikaw b’mod partikolari l-formati u l-protokolli tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni, fid-dawl tal-istandards internazzjonali u tal-aħjar prattiki, kif ukoll il-funzjonament ta’ kwalunkwe Ċentru Ċibernetiku Transfruntier stabbilit. Ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà previsti fil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni taċ-Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri għandhom ikunu bbażati fuq il-linji gwida li toħroġ l-ENISA.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0038
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|