+Artikolu 12 Ittestjar ikkoordinat tat-tħejjija tal-entitajiet
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.

Artikolu 12 Ittestjar ikkoordinat tat-tħejjija tal-entitajiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Il-Mekkaniżu ta’ Emerġenza għaċ-Ċibersigurtà għandu jappoġġa l-ittestjar ikkoordinat volontarju tat-tħejjija tal-entitajiet li joperaw f’setturi ta’ kritiċità għolja.
Artikolu 12 2.
L-ittestjar ikkoordinat tat-tħejjija jista’ jikkonsisti minn attivitajiet tat-tħejjija, pereżempju ttestjar tal-penetrazzjoni, u valutazzjoni tat-theddid.
Artikolu 12 3.
L-appoġġ għall-azzjonijiet tat-tħejjija skont dan l-Artikolu għandu jingħata lill-Istati Membri prinċipalment fil-forma ta’ għotjiet u soġġett għall-kundizzjonijiet previsti fil-programmi ta’ ħidma rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/694.
Artikolu 12 4.
Għall-fini tal-appoġġ tal-ittestjar ikkoordinat tat-tħejjija tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(1), il-punt (a)(i), ta’ dan ir-Regolament madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS, l-EU-CyCLONe u l-ENISA, tidentifika s-setturi jew is-subsetturi kkonċernati mis-setturi ta’ kritiċità għolja elenkati fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2022/2555 li għalihom tista’ tinħareġ sejħa għal proposti għall-konċessjoni ta’ għotjiet. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f’dawk is-sejħiet għal proposti hija volontarja.
Artikolu 12 5.
Hija u tidentifika s-setturi jew is-subsetturi msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tqis il-valutazzjonijiet ikkoordinati tar-riskju u ttestjar tar-reżiljenza fil-livell tal-Unjoni u r-riżultati tagħhom.
Artikolu 12 6.
Il-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) u mal-ENISA, u fl-ambitu tal-mandat tiegħu, mal-EU-CyCLONe, għandu jiżviluppa xenarji tar-riskju u metodoloġiji komuni għall-ittestjar ikkoordinat tat-tħejjija imsemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (a)(i), u, meta jkun xieraq, għall-azzjonijiet tat-tħejjija l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 11(1), il-punt (a)(ii), ta’ dak l-Artikolu.
Artikolu 12 7.
Fejn entità li topera f’settur ta’ kritiċità għolja tipparteċipa b’mod volontarju fl-ittestjar ikkoordinat tat-tħejjija u dak l-ittestjar jirriżulta f’rakkomandazzjonijiet għal miżuri speċifiċi, li l-entità parteċipanti tista’ tintegra fi pjan ta’ rimedju, l-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-ittestjar ikkoordinat tat-tħejjija għandha, meta jkun xieraq, tirrieżamina s-segwitu ta’ dawk il-miżuri li jkunu taw l-entitajiet parteċipanti bil-għan li tissaħħaħ it-tħejjija.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0038
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.