+Artikolu 15 Talbiet għall-appoġġ mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
---+Artikolu 15 7.

Artikolu 15 Talbiet għall-appoġġ mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
L-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3) jistgħu jitolbu servizzi mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà biex jappoġġaw ir-rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti, inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala ekwivalenti għal skala kbira u jibdew l-irkupru minn tali inċidenti.
Artikolu 15 2.
Biex jirċievu appoġġ mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, l-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3) għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jimmitigaw l-effetti tal-inċident li għalih jintalab l-appoġġ, inkluż, fejn rilevanti, l-għoti ta’ assistenza teknika diretta, u riżorsi oħra li jassistu r-rispons għall-inċident, u sforzi tal-irkupru.
Artikolu 15 3.

It-talbiet għal appoġġ għandhom jintbagħtu lill-awtorità kontraenti kif ġej:

(a) 

fil-każ tal-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament, permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt maħtur jew stabbilit skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

(b) 

fil-każ tal-utent msemmi fl-Artikolu 14(3), il-punt (b), minn dak l-utent;

(c) 

fil-każ tal-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punt (c), permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt imsemmi fl-Artikolu 19(9).

Artikolu 15 4.
Fil-każ tat-talbiet mill-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punt (a), l-Istati Membri għandhom jinformaw lin-network tas-CSIRTs, u, meta jkun xieraq, lill-EU-CyCLONe, dwar it-talbiet tal-utenti tagħhom għal appoġġ għar-rispons għall-inċidenti u għall-irkupru inizjali mill-inċidenti skont dan l-Artikolu.
Artikolu 15 5.

It-talbiet għal appoġġ għar-rispons għall-inċidenti u għall-irkupru inizjali mill-inċidenti għandhom jinkludu:

(a) 

informazzjoni xierqa dwar l-entità affettwata u l-impatti potenzjali tal-inċident fuq:

(i) 

fil-każ tal-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punt (a), l-Istat Membru u l-utenti affettwati, inkluż ir-riskju ta’ tixrid fi Stat Membru ieħor;

(ii) 

fil-każ tal-utent imsemmi fl-Artikolu 14(3), il-punt (b), l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni affettwati;

(iii) 

fil-każ tal-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punt (c), il-pajjiżi assoċjati mad-DEP affettwati;

(b) 

informazzjoni dwar is-servizz mitlub, flimkien mal-użu ppjanat tal-appoġġ mitlub, inkluż indikazzjoni tal-bżonnijiet stmati;

(c) 

informazzjoni xierqa dwar il-miżuri meħuda biex jiġi mitigat l-inċident li għalih jintalab l-appoġġ, kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(d) 

meta jkun rilevanti, informazzjoni disponibbli dwar forom oħra ta’ appoġġ disponibbli għall-entità affettwata.

Artikolu 15 6.
L-ENISA, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u l-EU-CyCLONe, għandha tiżviluppa mudell li jiffaċilita l-preżentazzjoni tat-talbiet għall-appoġġ mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà.
Artikolu 15 7.
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika iktar l-arranġamenti proċedurali dettaljati għall-mod li bih is-servizzi ta’ appoġġ tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà għandhom jintalbu u l-mod li bih dawn it-talbiet għandhom jiġu risposti skont dan l-Artikolu, l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 19(10), inkluż l-arranġamenti għall-preżentazzjoni ta’ tali talbiet u l-forniment ta’ rispons u mudelli għar-rapporti kif imsemmi fl-Artikolu 16(9). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0038
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.