+Artikolu 16 Implimentazzjoni tal-appoġġ mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
---+Artikolu 16 8.
---+Artikolu 16 9.
---+Artikolu 16 10.
---+Artikolu 16 11.
---+Artikolu 16 12.
|
Artikolu 16 Implimentazzjoni tal-appoġġ mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
Fil-każ tat-talbiet mill-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punti (a) u (b), it-talbiet għall-appoġġ mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità kontraenti. Għandu jintbagħat rispons lill-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punti (a) u (b), mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 48 siegħa mill-preżentazzjoni tat-talba biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-appoġġ. L-awtorità kontraenti għandha tinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-proċess.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Fir-rigward tal-informazzjoni kondiviża matul il-preżentazzjoni tat-talba u l-forniment tas-servizzi tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, il-partijiet kollha involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom:
(a)
jillimitaw l-użu u l-kondiviżjoni ta’ dik l-informazzjoni għal dak li huwa neċessarju sabiex jonoraw l-obbligi jew jaqdu l-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament;
(b)
jużaw u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni li tkun kunfidenzjali jew ikklassifikata skont il-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali f’konformità ma’ tali liġi biss; u
(c)
jiżguraw skambju effikaċi, effiċjenti u sigur tal-informazzjoni, billi jużaw u jirrispettaw, meta jkun xieraq, il-protokolli rilevanti relatati mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż it-traffic light protocol.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Fil-valutazzjoni tat-talbiet skont l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 19(10), l-awtorità kontraenti jew il-Kummissjoni, kif applikabbli, għandhom l-ewwel jivvalutaw jekk il-kriterji msemmija fl-Artikolu 15(1) u (2) humiex issodisfati. Fil-każ affermattiv, għandhom jivvalutaw it-tul u n-natura tal-appoġġ li jkun xieraq, u jqisu l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(3), il-punt (b), u l-kriterji li ġejjin, meta jkun rilevanti
(a)
l-iskala u l-gravità tal-inċident taċ-ċibersigurtà;
(b)
it-tip ta’ entità affettwata, bi prijorità akbar lill-inċidenti li jaffettwaw lill-entitajiet essenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555;
(c)
l-impatt potenzjali tal-inċident fuq l-Istat Membru, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni jew il-pajjiżi terzi assoċjati mad-DEP affettwati;
(d)
in-natura transfruntiera potenzjali tal-inċident u r-riskju ta’ tixrid lejn Stati Membri, istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni jew pajjiżi terzi assoċjati mad-DEP oħrajn;
(e)
il-miżuri meħuda mill-utent biex jassisti fl-isforzi tar-rispons, u tal-irkupru inizjali, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2).
|
|
Artikolu 16 4.
|
Sabiex tingħata prijorità lit-talbiet, fil-każ ta’ talbiet konkomitanti ppreżentati mill-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), għandhom jitqiesu l-kriterji msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu meta rilevanti, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. Fejn żewġ talbiet jew aktar huma valutati bħala ugwali skont dawk il-kriterji, għandha tingħata prijorità ogħla lit-talbiet ippreżentati mill-utenti tal-Istati Membri. Meta l-funzjonament u l-amministrazzjoni tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà jkunu ġew inkarigati, b’mod totali jew parzjali, lill-ENISA skont l-Artikolu 14(5), l-ENISA u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiddefinixxu l-prijorità tat-talbiet skont dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 16 5.
|
Is-servizzi tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà għandhom jiġu fornuti f’konformità ma’ ftehimiet speċifiċi stipulati bejn il-fornitur fdat ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti u l-utent li lilu jingħata l-appoġġ fl-ambitu tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà. Dawk is-servizzi jistgħu jiġu fornuti f’konformità mal-ftehimiet speċifiċi stipulati bejn il-fornitur fdat ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti, l-utent u l-entità affettwata. Il-ftehimiet kollha msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jinkludu, fost affarijiet oħra, kundizzjonijiet ta’ responsabbiltà.
|
|
Artikolu 16 6.
|
Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 5 għandhom ikunu bbażati fuq mudelli mħejjija mill-ENISA, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u, meta jkun xieraq, lill-utenti l-oħra tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà.
|
|
Artikolu 16 7.
|
Il-Kummissjoni, l-ENISA u l-utenti tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà ma għandhom jerfgħu l-ebda responsabbiltà kuntrattwali għad-dannu kkawżat lil partijiet terzi mis-servizzi fornuti fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà.
|
|
Artikolu 16 8.
|
L-utenti jistgħu biss jużaw is-servizzi tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà fornuti bħala rispons għal talba skont l-Artikolu 15(1) bil-għan li jappoġġaw ir-rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti, għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira jew għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala ekwivalenti għal skala kbira u jibdew l-irkupru minnhom. Jistgħu jużaw dawk is-servizzi fir-rigward ta’ dawn l-entitajiet biss:
(a)
l-entitajiet li joperaw f’setturi ta’ kritiċità għolja jew l-entitajiet li joperaw f’setturi kritiċi oħra, fil-każ tal-utenti msemmijin fl-Artikolu 14(3), il-punti (a), u entitajiet ekwivalenti fil-każ tal-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punt (c); u
(b)
l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, fil-każ tal-utent imsemmi fil-Artikolu 14(3), il-punt (b).
|
|
Artikolu 16 9.
|
Fi żmien xahrejn mit-tmiem ta’ appoġġ, utenti li jkunu irċevew appoġġ għandhom jfornu rapport ta’ sinteżi dwar is-servizz fornut, ir-riżultati miksuba u t-tagħlimiet meħuda:
(a)
lill-Kummissjoni, l-ENISA, in-network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe fil-każ tal-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punt (a);
(b)
lill-Kummissjoni, l-ENISA u l-IICB fil-każ tal-utent imsemmi fl-Artikolu 14(3), il-punt (b);
(c)
lill-Kummissjoni fil-każ tal-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punt (c).
Il-Kummissjoni għandha tibgħat kwalunkwe rapport ta’ sinteżi riċevut mill-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3) skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu, lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli.
|
|
Artikolu 16 10.
|
Meta l-funzjonament u l-amministrazzjoni tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà jkunu ġew inkarigati, b’mod totali jew parzjali, lill-ENISA skont l-Artikolu 14(5) ta’ dan ir-Regolament, l-ENISA għandha tirrapporta u tikkonsulta fuq bażi regolari f’dan ir-rigward lill-Kummissjoni. F’dak il-kuntest, l-ENISA għandha tibgħat minnufih lill-Kummissjoni kwalunkwe talba li tirċievi mill-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament u, meta meħtieġa għall-finijiet tad-definizzjoni tal-prijoritajiet skont dan l-Artikolu, kwalunkwe talba li rċeviet mill-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punt (a) jew (b), ta’ dan ir-Regolament. L-obbligi f’dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/881.
|
|
Artikolu 16 11.
|
Fil-każ tal-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punti (a) u (b), l-awtorità kontraenti għandha tirrapporta b’mod regolari u mill-anqas darbtejn fis-sena lill-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS dwar l-użu u r-riżultati tal-appoġġ.
|
|
Artikolu 16 12.
|
Fil-każ tal-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punt (c), il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill u tinforma lir-Rappreżentant Għoli b’mod regolari u mill-anqas darbtejn fis-sena, dwar l-użu u r-riżultati tal-appoġġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0038
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|