|
+Artikolu 17 2. |
Artikolu 17 2.Meta takkwista servizzi għar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, l-awtorità kontraenti għandha tinkludi l-kriterji u r-rekwiżiti li ġejjin fid-dokumenti tal-akkwist:
(a)
il-fornitur għandu juri li l-persunal tiegħu għandu l-ogħla grad ta’ integrità professjonali, indipendenza, responsabbiltà, u l-kompetenza teknika meħtieġa biex iwettaq l-attivitajiet fil-qasam speċifiku tiegħu, u jiżgura l-permanenza u kontinwità tal-għarfien espert kif ukoll ir-riżorsi tekniċi meħtieġa;
(b)
il-fornitur, u kwalunkwe sussidjarja u sottokuntrattur rilevanti, għandhom jirrispettaw ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata u għandhom ikollhom fis-seħħ miżuri xierqa, fosthom, meta rilevanti, ftehimiet stipulati bejniethom biex jipproteġu l-informazzjoni kunfidenzjali relatata mas-servizz, u b’mod partikolari l-evidenza, is-sejbiet u r-rapporti;
(c)
il-fornitur għandu jforni prova biżżejjed li l-istruttura tal-governanza tiegħu hi trasparenti, u li mhix probabbli li tikkomprometti l-imparzjalità tiegħu u l-kwalità tas-servizzi tiegħu jew li tikkawża kunflitti ta’ interess;
(d)
il-fornitur għandu jkollu approvazzjoni tas-sigurtà xierqa, tal-anqas għall-persunal maħsub għall-użu tas-servizz, meta meħtieġ minn Stat Membru;
(e)
il-fornitur għandu jkollu l-livell rilevanti tas-sigurtà għas-sistemi informatiċi tiegħu;
(f)
il-fornitur għandu jkun attrezzat bil-hardware u bis-software meħtieġa biex jappoġġa s-servizz mitlub, li ma għandux ikun fih vulnerabbiltajiet magħrufin sfruttabbli, għandu jinkludi l-aktar aġġornamenti reċenti fil-qasam tas-sigurtà u għandu, fi kwalunkwe każ, jikkonforma ma’ kwalunkwe dispożizzjoni applikabbli tar-Regolament (UE) 2024/2847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(g)
il-fornitur għandu jkun jista’ juri li għandu esperjenza fil-forniment ta’ servizzi simili lill-awtoritajiet rilevanti, lill-entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ kritiċità għolja jew entitajiet li joperaw f’setturi kritiċi oħra;
(h)
il-fornitur għandu jkun jista’ jforni s-servizz fi żmien qasir fl-Istati Membri fejn ikun jista’ jagħti s-servizz;
(i)
il-fornitur għandu jkun jista’ jforni s-servizz b’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru kif meħtieġ, jekk ikun hemm, mill-Istati Membri jew mill-utenti msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punti (b) u (c) fejn il-fornitur ikun jista’ jagħti s-servizz.
(j)
ladarba tiddaħħal skema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti skont ir-Regolament (UE) 2019/881, il-fornitur għandu jiġi ċċertifikat f’konformità ma’ dik l-iskema fi żmien sentejn mid-data tal-applikazzjoni tal-iskema.
(k)
il-fornitur fl-offerta għandu jinkludi l-kundizzjonijiet ta’ konverżjoni għal kwalunkwe servizz tar-rispons għall-inċidenti li ma jkunx intuża li jkun jista’ jiġi konvertit f’servizzi tat-tħejjija relatati mill-qrib mar-rispons għall-inċidenti, pereżempju eżerċizzji jew taħriġ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|