+Artikolu 19 Appoġġ lill-pajjiżi terzi assoċjati mad-DEP
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.
---+Artikolu 19 9.
---+Artikolu 19 10.
---+Artikolu 19 11.

Artikolu 19 Appoġġ lill-pajjiżi terzi assoċjati mad-DEP

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
Pajjiż terz assoċjat mad-DEP jista’ jitlob appoġġ mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà meta l-ftehim, li permezz tiegħu huwa assoċjat mad-DEP jipprevedi l-parteċipazzjoni fir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà. Dak il-ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jirrikjedu lill-pajjiżi terzi assoċjati mad-DEP kkonċernati jirrispettaw l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 u 9 ta’ dan l-Artikolu. Għall-finijiet tal-parteċipazzjoni ta’ pajjiż terz fir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, l-assoċjazzjoni parzjali ta’ pajjiż terz mad-DEP tista’ tinkludi assoċjazzjoni limitata għall-objettiv operazzjonali msemmi fl-Artikolu 6(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) 2021/694.
Artikolu 19 2.
Fi żmien 3 xhur mill-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 u fi kwalunkwe każ qabel ma jirċievu appoġġ mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, il-pajjiżi terz assoċjat mad-DEP għandujforni informazzjoni lill-Kummissjoni dwar ir-reżiljenza ċibernetika u l-kapaċitajiet tal-ġestjoni tar-riskju tiegħu, inkluż tal-anqas informazzjoni dwar il-miżuri nazzjonali meħuda għat-tħejjija għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti, inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala ekwivalenti għal skala kbira, kif ukoll informazzjoni dwar l-entitajiet nazzjonali responsabbli, inkluż skwadri ta’ rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters jew entitajiet ekwivalenti, il-kapaċitajiet tagħhom u r-riżorsi allokati lilhom. Il-pajjiż terz assoċjat mad-DEP għandu jforni aġġornamenti għal dik l-informazzjoni fuq bażi regolari u mill-anqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni tista’ tforni r-Rappreżentant Għoli u l-ENISA b’dik l-informazzjoni bl-iskop li tiffaċilita l-applicazzjoni tal-paragrafu 11.
Artikolu 19 3.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta fuq bażi regolari u mill-anqas darba fis-sena, il-kriterji li ġejjin fir-rigward ta’ kull pajjiż terz assoċjat mad-DEP imsemmi fil-paragrafu 1:

(a) 

jekk dak il-pajjiż huwiex jirrispetta l-kundizzjonijiet tal-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1, dment li dawk il-kundizzjonijiet ikollhom x’jaqsmu mal-parteċipazzjoni fir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà;

(b) 

jekk dak il-pajjiż ikunx ħa miżuri adegwati biex iħejji għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti jew inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala ekwivalenti għal skala kbira, abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2; u

(c) 

jekk il-forniment ta’ appoġġ huwiex konsistenti mal-politika tal-Unjoni fil-konfront tar-relazzjonijiet ma’ dak il-pajjiż, anki fuq livell ġenerali, u jekk huwiex konsistenti mal-politiki tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lir-Rappreżentant Għoli meta tagħmel il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-kriterju msemmi fil-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu.

Meta l-Kummissjoni tikkonkludi li pajjiż terz assoċjat mad-DEP jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill għall-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 4 li jawtorizza l-forniment ta’ appoġġ lil dak il-pajjiż mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà.

Artikolu 19 4.
Il-Kunsill jista’ jadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom japplikaw għal massimu ta’ sena. Jistgħu jiġġeddu. Jistgħu jinkludu limitu ta’ mhux anqas minn 75 jum għan-numru ta’ jiem li fih jista’ jiġi fornut l-appoġġ bħala rispons għal talba singola.

Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod rapidu u għandu, bħala regola, jadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmi f’dan il-paragrafu fi żmien tmien ġimgħat mill-adozzjoni tal-proposta rilevanti tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 3, it-tielet subparagrafu.

Artikolu 19 5.
Il-Kunsill jista’ jemenda jew iħassar att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 4 fi kwalunkwe mument billi jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.

Meta l-Kunsill iqis li kien hemm tibdil sinifikanti fir-rigward tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-Kunsill jista’ jemenda jew jħassar l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 4 billi jaġixxi fuq inizjattiva debitament motivata ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.

Artikolu 19 6.
Fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tiegħu fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu japplika l-kriterji msemmija fl-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, u għandu jispjega l-valutazzjoni tiegħu ta’ dawk il-kriterji. B’mod partikolari, meta jaġixxi fuq l-inizjattiva tiegħu stess skont il-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu, il-Kunsill għandu jispjega t-tibdil sinifikanti msemmi f’dak is-subparagrafu.
Artikolu 19 7.
L-appoġġ lil pajjiż terz assoċjat mad-DEP mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà għandu jkun konformi ma’ kull kundizzjoni speċifika stabbilita fil-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 19 8.
L-utenti mill-pajjiżi terzi assoċjati mad-DEP li huma eliġibbli biex jirċievu servizzi mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà għandhom jinkludu awtoritajiet kompetenti bħal skwadri ta’ rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters jew entitajiet ekwivalenti u awtoritajiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi.
Artikolu 19 9.
Kull pajjiż terz assoċjat mad-DEP eliġibbli għall-appoġġ mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà għandu jaħtar awtorità biex taġixxi bħala punt uniku ta’ kuntatt għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 19 10.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet għal appoġġ mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu. L-awtorità kontraenti tista’ tforni appoġġ lil pajjiż terz biss meta u dment li jkun fis-seħħ att ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill adottat skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu li jawtorizza tali appoġġ fir-rigward ta’ dak il-pajjiż. Għandu jintbagħat rispons mingħajr dewmien żejjed lill-utenti msemmijin fl-Artikolu 14(3), il-punt (c).
Artikolu 19 11.
Meta tirċievi talba għal appoġġ fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kunsill informat bil-valutazzjoni tat-talba. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina wkoll mar-Rappreżentant Għoli dwar it-talbiet riċevuti u l-implimentazzjoni tal-appoġġ mogħti lill-pajjiżi terzi assoċjati mad-DEP mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll eventwali fehmiet fornuti mill-ENISA fir-rigward ta’ dawk it-talbiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0038
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.