+Artikolu 21 Mekkaniżmu Ewropew tar-Rieżami tal-Inċidenti taċ-Ċibersigurtà
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
|
Artikolu 21 Mekkaniżmu Ewropew tar-Rieżami tal-Inċidenti taċ-Ċibersigurtà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
Meta tintalab mill-Kummissjoni jew mill-EU-CyCLONe, l-ENISA għandha, bl-appoġġ tan-network tas-CSIRTs u bl-approvazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati, tirrieżamina u tivvaluta t-theddid ċibernetiku, il-vulnerabbiltajiet magħrufin sfruttabbli u l-azzjonijiet tal-mitigazzjoni fir-rigward ta’ xi inċident taċ-ċibersigurtà sinifikanti jew inċident taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira speċifiku. Wara t-tlestija tar-rieżami u tal-valutazzjoni tal-inċident, bil-għan li tislet tagħlimiet biex tevita jew timmitiga l-inċidenti fil-futur, l-ENISA għandha tibgħat ir-rapport tar-rieżami tal-inċident lill-EU-CyCLONe, lin-network tas-CSIRTs, lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni biex tappoġġahom fit-twettiq ta’ dmirijiethom, b’mod partikolari l-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Fejn inċident ikollu impatt fuq pajjiż terz assoċjat mad-DEP, l-ENISA għandha tforni r-rapport lill-Kunsill. F’tali każijiet, il-Kummissjoni għandha tforni r-rapport lir-Rappreżentant Għoli.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Biex tħejji r-rapport dwar ir-rieżami tal-inċidenti msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ENISA għandha tikkoopera mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż mar-rappreżentanti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni, istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, l-industrija, inklużi l-fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, u l-utenti tas-servizzi taċ-ċibersigurtà, kif ukoll tiġbor feedback mingħandhom. Meta xieraq, l-ENISA għandha, f’kooperazzjoni mas-CSIRTs u, meta rilevanti, mal-awtoritajiet kompetenti maħtura jew stabbiliti skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555, tikkollabora wkoll mal-entitajiet affettwati minn inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti jew inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira. Ir-rappreżentanti kkonsultati għandhom jiżvelaw kull kunflitt ta’ interess potenzjali.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Ir-rapport dwar ir-rieżami tal-incident msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkopri rieżami u analiżi tal-inċident taċ-ċibersigurtà sinifikanti jew l-inċident taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira speċifiku, inkluż il-kawżi ewlenin, il-vulnerabbiltajiet magħrufin sfruttabbli u t-tagħlimiet meħuda. L-ENISA għandha tiżgura li r-rapport ikun konformi mal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni sensittiva jew klassifikata. Jekk l-Istat Membru rilevanti jew utent ieħor imsemmi fl-Artikolu 14(3) li huma affettwati mill-inċident jirrikjedu dan, id-data u l-informazzjoni fir-rapport għandhom ikunu anonimizzati. Dan ma għandu għandux jinkludi l-ebda dettall dwar vulnerabbiltajiet sfruttati b’mod attiv li għadhom mhux ikkoreġuti.
|
|
Artikolu 21 4.
|
Fejn xieraq, ir-rapport dwar ir-rieżami tal-inċident għandu jfassal rakkomandazzjonijiet biex tittejjeb il-pożizzjoni ċibernetika tal-Unjoni u jista’ jinkludi l-aħjar prattiki u t-tagħlimiet meħuda mill-partijiet ikkonċernati rilevanti.
|
|
Artikolu 21 5.
|
L-ENISA tista’ toħroġ verżjoni disponibbli pubblikament tar-rapport dwar ir-rieżami tal-inċident. Dik il-verżjoni tar-rapport għandha tinkludi biss informazzjoni pubblika affidabbli, jew informazzjoni affidabbli oħra bil-kunsens tal-Istat Membru kkonċernat u, fir-rigward tal-informazzjoni relatata ma’ utent kif imsemmi fl-Artikolu 14(3), il-punt (b) jew (c), bil-kunsens ta’ dak l-utent.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0038
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|