+ANNESS

ANNESS




ANNESS

Ir-Regolament (UE) 2021/694 huwa emendat kif ġej:

(1) 

Fl-Anness I, it-taqsima “Objettiv Speċifiku 3 - Ċibersigurtà u Fiduċja” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Objettiv Speċifiku 3 - Ċibersigurtà u Fiduċja

Il-Programm għandu jistimula t-tisħiħ, il-bini u l-ksib ta’ kapaċitajiet essenzjali biex jiġi assigurati l-ekonomija diġitali, is-soċjetà u d-demokrazija tal-Unjoni permezz tat-tisħiħ tal-potenzjal industrijali u tal-kompetittività fl-ambitu taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, kif ukoll biex jitjiebu l-kapaċitajiet kemm tas-settur privat kif ukoll tas-settur pubbliku biex jiġu protetti ċ-ċittadini u n-negozji mit-theddidiet ċibernetiċi, inkluż permezz tal-appoġġ għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/1148.

L-azzjonijiet inizjali u, fejn jkun xieraq, l-azzjonijiet sussegwenti skont dan l-objettiv għandhom jinkludu:

1. 

Il-koinvestiment mal-Istati Membri f’tagħmir avvanzat għaċ-ċibersigurtà, f’infrastruttura u f’know-how li huma essenzjali għall-ħarsien tal-infrastrutturi kritiċi u s-Suq Uniku Diġitali inġenerali. Tali koinvestiment jista’ jinkludi investimenti f’faċilitajiet kwantistiċi u riżorsi tad-data għas-ċibersigurtà, l-għarfien tas-sitwazzjoni fiċ-ċiberspazju inklużi ċ-Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali u ċ-Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri li jiffurmaw is-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà, kif ukoll f’għodod oħra li jridu jkunu disponibbli għas-settur pubbliku u dak privat fl-Ewropa kollha;

2. 

It-titjib tal-kapaċitajiet teknoloġiċi eżistenti u n-networking ta’ ċentri ta’ kompetenza fl-Istati Membri u li jiġi żgurat li dawk il-kapaċitajiet jirrispondu għall-ħtiġijiet tas-settur pubbliku u tal-industrija, inkluż permezz ta’ prodotti u servizzi li jsaħħu ċ-ċibersigurtà u l-fiduċja fi ħdan is-Suq Uniku Diġitali;

3. 

Il-garanzija ta’ użu wiesa’ ta’ soluzzjonijiet ta’ ċibersigurtà u fiduċja effettivi u mill-aktar avvanzati fl-Istati Membri kollha. Tali użu jinkludi t-tisħiħ tas-sigurtà u tas-sikurezza ta’ prodotti, mid-disinn sal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom;

4. 

L-appoġġ għall-għeluq tad-distakk fil-ħiliet taċ-ċibersigurtà, filwaqt li jitqies il-bilanċ bejn il-ġeneri, billi, pereżempju, jiġu allinjati l-programmi tal-ħiliet taċ-ċibersigurtà, jiġu adattati għall-ħtiġijiet settorjali speċifiċi u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-taħriġ speċjalizzat immirat;

5. 

Il-promozzjoni tas-solidarjetà fost l-Istati Membri fit-tħejjija u fir-rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà sinifikanti u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira permezz tal-użu ta’ servizzi ta’ ċibersigurtà f’livell transfruntier, inkluż l-appoġġ għall-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-istabbiliment ta’ riżerva ta’ fornituri fdati ta’ servizzi tas-sigurtà ġestiti fil-livell tal-Unjoni.;”

(2) 

Fl-Anness II, it-taqsima “Objettiv Speċifiku 3 - Ċibersigurtà u Fiduċja” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Objettiv Speċifiku 3 - Ċibersigurtà u Fiduċja

3.1. L-għadd ta’ infrastrutturi jew għodod taċ-ċibersigurtà, jew tat-tnejn, akkwistati b’mod konġunt inkluż fil-kuntest tas-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà

3.2. L-għadd ta’ utenti u komunitajiet ta’ utenti li għandhom aċċess għal faċilitajiet ta’ ċibersigurtà Ewropej

3.3 L-għadd ta’ azzjonijiet li jappoġġaw it-tħejjija u r-rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà skont il-Mekkaniżmu ta’ Emerġenza għaċ-Ċibersigurtà”.

▼C1

Saret dikjarazzjoni b’rabta ma’ dan l-att u tista' tinstab fil-ĠU C, C/2025/310, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/310/oj.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0038
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.