3. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tqis ir-restrizzjoni, skont l-Artikolu 6(4), il-punt (a), tal-użu ta' sustanzi ta' tħassib li potenzjalment jaffettwaw b'mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' materjali fl-imballaġġ li fih huma preżenti, għal raġunijiet differenti minn dawk relatati primarjament mas-sigurtà kimika ta' dawk is-sustanzi. Ma' tali talbiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu rapport li jiddokumenta l-identità u l-użi tas-sustanzi u deskrizzjoni ta' kif l-użu tas-sustanzi fl-imballaġġ ixekkel ir-riċiklaġġ, għal raġunijiet differenti minn dawk relatati primarjament mas-sigurtà kimika. Il-Kummissjoni għandha tevalwa t-talba u tippreżenta r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 65.