9. Sal-31 ta' Diċembru 2026, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 8, it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 64 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament bi kriterji ta' sostenibbiltà għat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ tal-plastik.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-kontenut riċiklat għandu jiġi rkuprat mill-iskart tal-plastik ta' wara l-użu mill-konsumatur, li jkun ġie riċiklat:
|
(a)
|
f'installazzjonijiet li jinsabu fl-Unjoni li jużaw teknoloġiji tar-riċiklaġġ li jissodisfaw tali kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti skont dan il-paragrafu; jew
|
|
(b)
|
f'installazzjonijiet li jkunu jinsabu f' pajjiż terz li jużaw teknoloġiji tar-riċiklaġġ f'konformità ma' standards ekwivalenti għall-kriterji ta' sostenibbiltà żviluppati skont l-atti delegati.
|