14. Sat-12 ta’ Frar 2032, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tat-teknoloġija tal-ogħla livell u l-esperjenza prattika miksuba mill-operaturi ekonomiċi u mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jirrieżamina l-implimentazzjoni tal-perċentwali minimi ta' kontenut riċiklat sal-2030 stipulati fil-paragrafu 1, u li jevalwa sa liema punt dawk il-perċentwali jwasslu għal soluzzjonijiet li jrawmu imballaġġ sostenibbli li jkunu effettivi u faċli biex jiġu implimentati, il-fattibbiltà tal-kisba tal-perċentwali minimi għall-2040 abbażi tal-esperjenza fil-kisba tal-perċentwali minimi għall-2030 u ċ-ċirkostanzi li qed jevolvu, ir-rilevanza taż-żamma tal-eċċezzjonijiet u tad-derogi stabbiliti f'dan l-Artikolu, u l-ħtieġa jew il-pertinenza tal-istabbiliment ta' perċentwali minimi ġodda ta' kontenut riċiklat. Dak ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li temenda dan l-Artikolu, b'mod partikolari l-perċentwali minimi ta' kontenut riċiklat għall-2040.