+Artikolu 10 2
|
Artikolu 10 2
2. Il-manifattur jew l-importatur għandu jiżgura li l-imballaġġ li ma jikkonformax mal-kriterji tal-prestazzjoni stipulati fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament u l-imballaġġ b'karatteristiċi li jimmiraw biss biex iżidu l-volum perċepit tal-prodott, inkluż saffi doppji, qigħan foloz u saffi mhux meħtieġa, ma jitqiegħedx fis-suq, sakemm:
|
(a)
|
id-disinn tal-imballaġġ ma jkunx protett minn disinn Komunitarju skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 (64) jew minn drittijiet tad-disinn fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (65), inkluż ftehimiet internazzjonali li għandhom effett f'wieħed mill-Istati Membri, jew sakemm il-forma tiegħu ma tkunx trademark fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (66) jew tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (67), inkluż trademarks irreġistrati skont ftehimiet internazzjonali li għandhom effett f'wieħed mill-Istati Membri, id-drittijiet tad-disinn u t-trademarks ma jkunux protetti qabel il-11 ta’ Frar 2025, u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti skont dan l-Artikolu ma taffettwax id-disinn tal-imballaġġ b'mod li jbiddel in-novità jew il-karattru individwali tiegħu, jew ma jaffettwax it-trademark b'mod li t-trademark ma tibqax kapaċi tiddistingwi l-prodott immarkat minn dawk ta' impriżi oħra; jew
|
|
(b)
|
il-prodott jew ix-xarba ppakkjata ma jibbenefikawx minn indikazzjoni ġeografika protetta skont il-liġi tal-Unjoni, bħal skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-inbid jew ir-Regolament (UE) 2019/787 għax-xorb spirituż jew ir-Regolament (UE) 2023/2411 għall-prodotti artiġjanali u industrijali, jew huma koperti minn skema tal-kwalità kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2024/1143.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|