12. Meta l-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-imballaġġ iddisinjat jew immanifatturat taħt isimha jew bit-trademark tagħha stess tkun koperta mid-definizzjoni ta' mikrointrapriża stipulata fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE kif applikabbli fil-11 ta’ Frar 2025, u l-persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-imballaġġ lill-persuna fiżika jew ġuridika li għandha l-imballaġġ iddisinjat jew immanifatturat taħt isimha jew bit-trademark tagħha stess tkun tinsab fl-Unjoni, il-persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-imballaġġ għandha titqies bħala l-manifattur għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.