+Artikolu 18 Obbligi tal-importaturi
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
---+Artikolu 18 4
---+Artikolu 18 5
---+Artikolu 18 6
---+Artikolu 18 7
---+Artikolu 18 8
---+Artikolu 18 9

Artikolu 18 Obbligi tal-importaturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1

1.   L-importaturi għandhom iqiegħdu biss fis-suq l-imballaġġ li huwa konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

Artikolu 18 2

2.   Qabel ma jqiegħdu l-imballaġġ fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li:

(a)

il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 38 tkun twettqet mill-manifattur u li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, imsemmija fl-Anness VII u meħtieġa fi jew skont l-Artikoli 5 sa 11;

(b)

l-imballaġġ huwa ttikkettat f'konformità mal-Artikolu 12;

(c)

l-imballaġġ ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa; u

(d)

il-manifattur ikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 15(5) u (6).

Meta importatur jidhirlu jew ikollu raġunijiet biex jemmen li l-imballaġġ ma jkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, l-importatur ma għandux iqiegħed l-imballaġġ fis-suq qabel ma dan isir konformi.

Artikolu 18 3

3.   L-importaturi għandhom jindikaw fuq l-imballaġġ isimhom u l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trademark reġistrata tagħhom kif ukoll l-indirizz postali fejn, u, meta disponibbli, il-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni li permezz tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati. Meta ma jkunx possibbli li dik l-informazzjoni tiġi indikata fuq l-imballaġġ, hija għandha tiġi pprovduta permezz tal-mezz ta' data standardizzata, miftuħa u diġitali msemmi fl-Artikolu 12 jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott fl-imballaġġ.

Artikolu 18 4

4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta f'konformità mal-paragrafu 3 tkun ċara, tinftiehem u tista' tinqara, u ma tissostitwix jew ma toskurax u lanqas ma tista tiġi mfixkla mal-informazzjoni meħtieġa minn xi atti legali oħra tal-Unjoni dwar it-tikkettar tal-prodott fl-imballaġġ.

Artikolu 18 5

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li filwaqt li imballaġġ ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, kemm vojt jew bi prodott, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

Artikolu 18 6

6.   L-importaturi li jqisu, jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, li l-imballaġġ li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma huwiex konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex jagħmlu dak l-imballaġġ konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, kif xieraq. L-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħdu l-imballaġġ, dwar in-nuqqas ta' konformità suspettat u dwar il-miżuri korrettivi meħuda.

Artikolu 18 7

7.   L-importaturi għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII u meħtieġa taħt jew skont l-Artikoli 5 sa 11 tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, fuq talba, kif ġej:

(a)

fir-rigward ta' imballaġġ li jintuża darba biss: għal 5 snin mid-data li fiha l-imballaġġ kien tqiegħed fis-suq, u

(b)

fir-rigward ta' imballaġġ riutilizzabbli: għal 10 snin mid-data li fiha l-imballaġġ kien tqiegħed fis-suq.

Artikolu 18 8

8.   L-importaturi, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali, għandhom jipprovdu lill-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-imballaġġ, inkluż id-dokumentazzjoni teknika, mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, b'lingwa waħda jew aktar li jistgħu jinftiehmu faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f'forma elettronika u, fuq talba, f'forma stampata. Id-dokumenti rilevanti għandhom ikunu disponibbli fi żmien għaxart ijiem minn meta tasal it-talba mill-awtorità nazzjonali.

Artikolu 18 9

9.   L-importaturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali kompetenti dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.