+Artikolu 23 Obbligi ta' informazzjoni tal-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3

Artikolu 23 Obbligi ta' informazzjoni tal-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ

Kull sena l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni dwar l-iskart mill-imballaġġ elenkat fit-Tabella 3 tal-Anness XII ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ informazzjoni fuq l-imballaġġ li jkun disponibbli fit-territorju tal-Istati Membru għall-ewwel darba, permezz tar-reġistru jew ir-reġistri elettroniċi, f'konformità mal-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2008/98/KE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 2

Kull sena l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ għandhom jipprovdu lill-produtturi, fil-każ ta' twettiq individwali tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, jew lill-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi inkarigata bit-twettiq ta' dawk l-obbligi, fil-każ ta' twettiq kollettiv tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 44(10).

Artikolu 23 3

L-Istati Membri jistgħu, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li, meta l-awtoritajiet pubbliċi jkunu responsabbli għall-organizzazzjoni tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ, l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ għandhom, fuq bażi annwali, jipprovdu lil tali awtoritajiet pubbliċi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 44(10), jew mal-mezzi oħra biex jissupplimentaw ir-reġistru jew ir-reġistri elettroniċi, f'konformità mal-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2008/98/KE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.