3. Għall-fini tal-kalkolu tal-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 1:
|
(a)
|
spazju vojt għandu jfisser id-differenza bejn il-volum totali tal-imballaġġ kollettiv, l-imballaġġ għat-trasport jew l-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku u l-volum tal-imballaġġ għall-bejgħ li jkun fih;
|
|
(b)
|
il-proporzjon tal-ispazju vojt għandu jfisser il-proporzjon tal-ispazju vojt kif definit fil-punt (a) u l-volum totali tal-imballaġġ kollettiv, tal-imballaġġ għat-trasport jew tal-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku.
|
Spazju mimli b'materjali tal-mili, bħal biċċiet tal-karti mqatta', kuxxini tal-arja, folji tal-bżieżaq għat-tgeżwir, fillers sponża, fillers tal-fowm, ċana għall-mili, polistiren jew laqx tal-istyrofoam, għandu jitqies bħala spazju vojt.