+Artikolu 24 Obbligu relatat mal-imballaġġ eċċessiv
---+Artikolu 24 1
---+Artikolu 24 2
---+Artikolu 24 3
---+Artikolu 24 4
---+Artikolu 24 5
---+Artikolu 24 6
|
Artikolu 24 Obbligu relatat mal-imballaġġ eċċessiv
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1
|
1. Sal-1 ta' Jannar 2030, jew 3 snin mid-dħul fis-seħħ tal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont paragrafu 2, skont liema tiġi l-aħħar, l-operaturi ekonomiċi li jimlew l-imballaġġ kollettiv l-imballaġġ għat-trasport jew l-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku għandhom jiżguraw li l-proporzjon massimu ta' spazju vojt, espress bħala perċentwal, ikun ta' 50 %.
|
|
Artikolu 24 2
|
2. Sat-12 ta’ Frar 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-proporzjon ta' spazju vojt imsemmi fil-paragrafu 1. Dik il-metodoloġija għandha tqis il-karatteristiċi speċjali tal-imballaġġ li jeħtieġ li jitqiegħed fi spazju vojt li huwa kbir biżżejjed biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali applikabbli jew biex jipproteġi l-prodott, bħal, b'mod partikolari, prodotti fl-imballaġġ ta' forma irregolari, imballaġġ li jkun fih aktar minn imballaġġ għall-bejgħ jew prodott wieħed, imballaġġ li jkun fih prodotti likwidi, prodotti fl-imballaġġ li l-kontenut tagħhom jista' faċilment tiġrilu ħsara u prodotti fl-imballaġġ li tista' ssirilhom ħsara minn prodotti akbar minħabba d-dimensjonijiet żgħar tagħhom, u l-ispazju minimu fuq l-imballaġġ għat-trasport biex jippermetti t-twaħħil tat-tikketti tal-vjeġġi.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).
|
|
Artikolu 24 3
|
3. Għall-fini tal-kalkolu tal-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 1:
|
(a)
|
spazju vojt għandu jfisser id-differenza bejn il-volum totali tal-imballaġġ kollettiv, l-imballaġġ għat-trasport jew l-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku u l-volum tal-imballaġġ għall-bejgħ li jkun fih;
|
|
(b)
|
il-proporzjon tal-ispazju vojt għandu jfisser il-proporzjon tal-ispazju vojt kif definit fil-punt (a) u l-volum totali tal-imballaġġ kollettiv, tal-imballaġġ għat-trasport jew tal-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku.
|
Spazju mimli b'materjali tal-mili, bħal biċċiet tal-karti mqatta', kuxxini tal-arja, folji tal-bżieżaq għat-tgeżwir, fillers sponża, fillers tal-fowm, ċana għall-mili, polistiren jew laqx tal-istyrofoam, għandu jitqies bħala spazju vojt.
|
|
Artikolu 24 4
|
4. Sat-12 ta’ Frar 2028, l-operaturi ekonomiċi li jimlew l-imballaġġ għall-bejgħ għandhom jiżguraw li l-ispazju vojt jitnaqqas għall-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-funzjonalità tal-imballaġġ, inkluż il-protezzjoni tal-prodott. Il-proporzjon ta' spazju vojt għall-imballaġġ għall-bejgħ għandu jfisser id-differenza bejn il-volum intern totali tal-imballaġġ għall-bejgħ u l-volum tal-prodott fl-imballaġġ.
Għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità ma' dan il-paragrafu, l-ispazju mimli b'materjali tal-mili, bħal pereżempju biċċiet tal-karti mqatta', kuxxini tal-arja, folji tal-bżieżaq għat-tgeżwir, fillers sponża, fillers tal-fowm, ċana għall-mili, polistiren jew laqx tal-iStyrofoam, għandu jitqies bħala spazju vojt.
Għall-imballaġġ għall-bejgħ għal prodotti li huma soġġetti li jinżlu fil-qiegħ matul it-trasport jew fejn ikun meħtieġ spazju vojt fuqani biex jiġi protett il-prodott tal-ikel, jew prodotti oħra li jippreżentaw dawn il-karatteristiċi:
|
(a)
|
il-konformità ma' dan il-paragrafu għandha tiġi vvalutata bħala l-livell tal-mili tal-imballaġġ fil-ħin tal-mili;
|
|
(b)
|
l-arja bejn oġġett tal-ikel fl-imballaġġ jew ġo fih jew gassijiet protettivi ma għandhomx jitqiesu bħala spazju vojt.
|
|
|
Artikolu 24 5
|
5. L-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għall-bejgħ bħala imballaġġ tal-kummerċ elettroniku jew li jużaw imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid għandhom ikunu eżentati mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Madankollu, huma għandhom jiżguraw li tali imballaġġ għall-bejgħ jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10.
|
|
Artikolu 24 6
|
6. Sat-12 ta’ Frar 2032, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-proporzjon ta' spazju vojt imsemmi fil-paragrafu 1 kif ukoll l-eżenzjonijiet fil-paragrafu 5, u tivvaluta l-possibbiltà li tistabbilixxi proporzjonijiet ta' spazju vojt għall-imballaġġ għall-bejgħ, b'mod partikolari għall-ġugarelli, il-kożmetiċi, il-kits do-it-yourself u l-prodotti elettroniċi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|