+Artikolu 25 Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti formati tal-imballaġġ
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4
---+Artikolu 25 5
---+Artikolu 25 6
|
Artikolu 25 Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti formati tal-imballaġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1
|
1. Mill-1 ta' Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx iqiegħdu fis-suq l-imballaġġ fil-formati u għall-użi elenkati fl-Anness V.
|
|
Artikolu 25 2
|
2. B'deroga mill-Artikolu 4(2), l-Istati Membri jistgħu jżommu r-restrizzjonijiet adottati qabel l-1 ta' Jannar 2025 fuq it-tqegħid fis-suq tal-imballaġġ fil-formati u għall-użi elenkati fl-Anness V iżda magħmula minn materjali mhux elenkati fl-Anness V.
|
|
Artikolu 25 3
|
3. Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 (2), il-punt (b).
|
|
Artikolu 25 4
|
4. B'deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-mikrointrapriżi kif definiti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE kif applikabbli fil-11 ta’ Frar 2025 iqiegħdu fis-suq l-imballaġġ fil-formati u għall-użu elenkati fil-punt 3 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament meta jkun intwera li mhuwiex teknikament fattibbli li ma jintużax tali imballaġġ jew li jinkiseb aċċess għall-infrastruttura li hija meħtieġa għall-funzjonament ta' sistema ta' użu mill-ġdid.
|
|
Artikolu 25 5
|
5. Sat-12 ta’ Frar 2032, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ambjentali pożittiv tar-restrizzjonijiet u d-derogi u l-eżenzjonijiet minn dawk ir-restrizzjonijiet, u għandha tqis id-disponibbiltà ta' soluzzjonijiet alternattivi tal-imballaġġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-iġjene applikabbli għall-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt. Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha, bl-għan li tnaqqas l-iskart mill-imballaġġ, tirrieżamina dan l-Artikolu u l-Anness V biex tadattahom għall-progress tekniku u xjentifiku. Abbażi ta' dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-istabbiliment ta' restrizzjonijiet ġodda fuq l-użu ta' formati speċifiċi tal-imballaġġ u r-rilevanza taż-żamma tad-derogi u l-eżenzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, u, fejn xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva.
|
|
Artikolu 25 6
|
6. Sat-12 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, li jispjegaw l-Anness V f'aktar dettall, inkluż eżempji tal-formati tal-imballaġġ fil-kamp ta' applikazzjoni, u kwalunkwe eżenzjoni mir-restrizzjonijiet, u li jipprovdu lista mhux eżawrjenti ta' frott u ħxejjex li huma esklużi mill-punt 2 tal-Anness V.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|