1. Mill-1 ta' Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport, jew l-imballaġġ għall-bejgħ użat għat-trasport tal-prodotti, inkluż għall-prodotti distribwiti permezz tal-kummerċ elettroniku, fit-territorju tal-Unjoni, fil-forma ta' pallets, kaxxi tal-plastik li jintwew, kaxxi, trays, ċestuni tal-plastik, kontenituri intermedji għal kwantitajiet kbar, bramel, ċilindri u kaxxetti ta' kwalunkwe daqs jew materjal, inkluż formati flessibbli jew tgeżwir tal-pallets jew ċineg għall-istabbilizzazzjoni u l-protezzjoni tal-prodotti mqiegħda fuq il-pallets matul it-trasport, għandhom jiżguraw li mill-inqas 40 % ta' imballaġġ bħal dan b’kollox ikun imballaġġ li jista' jerġa' jintuża f'sistema għall-użu mill-ġdid.
Mill-1 ta' Jannar 2040, dawk l-operaturi ekonomiċi għandhom jagħmlu ħilithom biex jużaw mill-inqas 70 % tal-imballaġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu f'format riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.