+Artikolu 29 Miri tal-użu mill-ġdid
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2
---+Artikolu 29 3
---+Artikolu 29 4
---+Artikolu 29 5
---+Artikolu 29 6
---+Artikolu 29 7
---+Artikolu 29 8
---+Artikolu 29 9
---+Artikolu 29 10
---+Artikolu 29 11
---+Artikolu 29 12
---+Artikolu 29 13
---+Artikolu 29 14
---+Artikolu 29 15
---+Artikolu 29 16
---+Artikolu 29 17
---+Artikolu 29 18
---+Artikolu 29 19
|
Artikolu 29 Miri tal-użu mill-ġdid
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1
|
1. Mill-1 ta' Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport, jew l-imballaġġ għall-bejgħ użat għat-trasport tal-prodotti, inkluż għall-prodotti distribwiti permezz tal-kummerċ elettroniku, fit-territorju tal-Unjoni, fil-forma ta' pallets, kaxxi tal-plastik li jintwew, kaxxi, trays, ċestuni tal-plastik, kontenituri intermedji għal kwantitajiet kbar, bramel, ċilindri u kaxxetti ta' kwalunkwe daqs jew materjal, inkluż formati flessibbli jew tgeżwir tal-pallets jew ċineg għall-istabbilizzazzjoni u l-protezzjoni tal-prodotti mqiegħda fuq il-pallets matul it-trasport, għandhom jiżguraw li mill-inqas 40 % ta' imballaġġ bħal dan b’kollox ikun imballaġġ li jista' jerġa' jintuża f'sistema għall-użu mill-ġdid.
Mill-1 ta' Jannar 2040, dawk l-operaturi ekonomiċi għandhom jagħmlu ħilithom biex jużaw mill-inqas 70 % tal-imballaġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu f'format riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.
|
|
Artikolu 29 2
|
2. Mill-1 ta' Jannar 2030, b'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-operaturi ekonomiċi li jużaw imballaġġ għat-trasport jew imballaġġ għall-bejgħ użat għat-trasport tal-prodotti, fil-forom kif elenkati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fit-territorju tal-Unjoni bejn siti differenti li fihom l-operatur iwettaq l-attività tiegħu, jew bejn kwalunkwe wieħed mis-siti li fihom l-operatur iwettaq l-attività tiegħu u s-siti ta' kwalunkwe intrapriża assoċjata jew intrapriża sieħba oħra, kif definit fl-Artikolu 3 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE kif applikabbli fil-11 ta’ Frar 2025, għandhom jiżguraw li tali imballaġġ ikun riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.
|
|
Artikolu 29 3
|
3. Mill-1 ta' Jannar 2030, b'deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi ekonomiċi li jużaw l-imballaġġ għat-trasport jew l-imballaġġ għall-bejgħ użat għat-trasport tal-prodotti, inkluż għall-prodotti distribwiti permezz tal-kummerċ elettroniku, fil-forom kif elenkati fil-paragrafu 1, biex iwasslu l-prodotti lil operatur ekonomiku ieħor fl-istess Stat Membru għandhom jiżguraw li imballaġġ bħal dan ikun riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.
|
|
Artikolu 29 4
|
4. L-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma japplikawx għall-imballaġġ għat-trasport jew għall-imballaġġ għall-bejgħ:
|
(a)
|
użat għat-trasport ta' oġġetti perikolużi skont id-Direttiva 2008/68/KE;
|
|
(b)
|
użat għat-trasport ta' makkinarju fuq skala kbira, tagħmir u merkanzija li għalihom l-imballaġġ ikun imfassal apposta biex jaqbel mar-rekwiżiti individwali tal-operatur ekonomiku li għamel l-ordni;
|
|
(c)
|
f'format flessibbli li huwa użat għat-trasport u li jkun f'kuntatt dirett mal-ikel u l-għalf kif definit fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 3, il-punt (4), tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jew mal-ingredjenti tal-ikel kif definit fl-Artikolu 2(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (69);
|
|
(d)
|
fil-forma ta' kaxxi tal-kartun.
|
|
|
Artikolu 29 5
|
5. Mill-1 ta' Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi, li jużaw l-imballaġġ kollettiv fil-forma ta' kaxxi, eskluż il-kartun, użati barra mill-imballaġġ għall-bejgħ biex jiġbru ċertu għadd ta' prodotti biex joħolqu unità għaż-żamma tal-ħażniet jew tad-distribuzzjoni għandhom jiżguraw lili mill-inqas 10 % ta' tali imballaġġ ikun imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.
Mill-1 ta' Jannar 2040, l-operaturi ekonomiċi għandhom jagħmlu ħilithom biex jużaw mill-inqas 25 % tal-imballaġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu f'format riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.
|
|
Artikolu 29 6
|
6. Mill-1 ta' Jannar 2030, id-distributuri finali li jqiegħdu għad-dispożizzjoni x-xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku fl-imballaġġ għall-bejgħ fit-territorju ta' Stat Membru lill-konsumaturi għandhom jiżguraw li mill-inqas 10 % ta' dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f'imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.
Mill-1 ta' Jannar 2040, l-operaturi ekonomiċi għandhom jagħmlu ħilithom biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-inqas 40 % tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu f'imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.
Id-distributuri finali għandhom jiżguraw li l-prodotti fl-imballaġġ immanifatturati bil-marka tad-ditta tagħhom jikkontribwixxu fuq bażi ġusta u proporzjonata lejn il-kisba tal-miri stabbiliti f’dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 29 7
|
7. Il-miri stipulati fil-paragrafu 6 ma għandhomx japplikaw għal:
|
(a)
|
xorb li jmur malajr ħafna skont it-tifsira tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u ħalib u prodotti tal-ħalib elenkati fil-Parti XVI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-analogi tal-ħalib tagħhom taħt il-kodiċijiet 2202 99 11 u 2202 99 15 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (70);
|
|
(b)
|
il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli elenkati fil-punti 1, 3 sa 9, 11, 12, 15, 16 u 17 tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
|
|
(c)
|
prodotti tal-inbid aromatizzat kif definit fir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (71);
|
|
(d)
|
prodotti li huma simili għal prodotti tal-inbid u prodotti tal-inbid aromatizzat u li huma miksuba minn frott għajr għeneb u ħxejjex u xarbiet iffermentati oħra taħt il-kodiċi NM 2206 00;
|
|
(e)
|
xorb spirituż ibbażat fuq l-alkoħol li jikkorrispondi għall-intestatura NM 2208.
|
|
|
Artikolu 29 8
|
8. Sat-12 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri, għandha tippubblika linji gwida dwar it-tipi ta' prodotti fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafi 6 u 7.
|
|
Artikolu 29 9
|
9. Id-distributuri finali kif imsemmija fil-paragrafu 6 għandhom jieħdu lura, mingħajr ħlas, l-imballaġġ riutilizzabbli kollu tal-istess tip, forma u daqs bħall-imballaġġ li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq, f'dik is-sistema speċifika għall-użu mill-ġdid fil-punt tal-bejgħ, filwaqt li jiżguraw l-irkupru u r-ritorn ta' tali imballaġġ tul il-katina tad-distribuzzjoni kollha. Id-distributuri finali għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkunu jistgħu jirritornaw l-imballaġġ fil-post fejn isir it-trasferiment fiżiku ta' dan l-imballaġġ jew fil-viċinanza immedjata tiegħu. Id-distributur finali għandu jirrimborża d-depożiti assoċjati kollha jew jinnotifika r-ritorn tal-imballaġġ skont ir-regoli ta' governanza tas-sistema speċifika għall-użu mill-ġdid, sabiex kwalunkwe depożitu assoċjat jiġi rimborżat, skont il-każ.
|
|
Artikolu 29 10
|
10. Jekk, f'sena kalendarja partikolari, distributur finali jkollu żona tal-bejgħ ta' mhux aktar minn 100 m2, dak id-distributur finali għandu jkun eżentat mill-obbligu li jilħaq il-miri stabbiliti fil-paragrafu 6 f'dik is-sena kalendarja. Abbażi tal-kundizzjonijiet speċjali tad-distribuzzjoni finali u ta' xi setturi tal-manifattura, anki fil-livell nazzjonali, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 64 biex temenda l-limitu taż-żona tal-bejgħ.
|
|
Artikolu 29 11
|
11. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lid-distributuri finali mill-obbligu li jilħqu l-miri stabbilti fil-paragrafi 6 jekk iż-żona tal-bejgħ tagħhom tkun tinsab fi gżira b'popolazzjoni ta' inqas minn 2 000 abitant.
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw ukoll lid-distributuri finali mill-obbligu li jilħqu l-miri stabbiliti fil-paragrafu 6 jekk iż-żona tal-bejgħ tagħhom tkun tinsab f'muniċipalità b'densità tal-popolazzjoni ta' inqas minn 54 persuna/km2, madankollu, il-miri stabbiliti fil-paragrafu 6 għandhom japplikaw għad-distributuri finali b'żona tal-bejgħ f'ċentri tal-popolazzjoni b'aktar minn 5 000 abitant.
Jekk distributur finali li jkun ġie eżentat skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafu jbigħ il-prodotti msemmija fil-paragrafu 6 f'imballaġġ riutilizzabbli, huwa għandu jirranġa biex jieħu lura tali imballaġġ f'konformità mal-paragrafu 9. Jekk id-distributur finali li jkun ġie eżentat skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafu jkollu aktar minn żona tal-bejgħ waħda u waħda biss jew biss xi wħud minn dawk iż-żoni jkunu jinsabu fuq tali gżira jew f’tali muniċipalità, ix-xorb rilevanti mqiegħda għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru f'tali żoni ta' bejgħ ma għandhomx jiġu kkalkulati għall-fini tal-ilħuq tal-miri stabbiliti fil-paragrafu 6.
|
|
Artikolu 29 12
|
12. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lid-distributuri finali biex jiffurmaw aggregazzjonijiet għall-fini li jissodisfaw l-obbligi tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 6, dment li kull aggregazzjoni:
|
(a)
|
ma taqbiżx aktar minn 40 % tas-sehem mis-suq tal-kategorija tax-xorb rilevanti;
|
|
(b)
|
tikkonsisti f'mhux aktar minn ħames distributuri finali; u
|
|
(c)
|
tkopri biss kategoriji ta' xorb imqiegħda għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru mill-membri kollha tal-aggregazzjoni.
|
Il-kundizzjoni skont il-punt (b) ma tapplikax jekk id-distributuri finali joperaw taħt l-istess isem ta' ditta.
Meta Stat Membru jippermetti lid-distributuri finali jiffurmaw aggregazzjonijiet skont l-ewwel subparagrafu, kull aggregazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
id-distributuri finali inklużi fl-aggregazzjoni; u
|
|
(b)
|
id-distributur finali maħtur bħala amministratur tal-aggregazzjoni u punt ta' kuntatt.
|
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li tiġi pprovduta aktar informazzjoni kif meħtieġ għall-infurzar tal-obbligi skont il-paragrafu 6 flimkien ma' dan il-paragrafu.
Id-distributuri finali għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta' aggregazzjoni tagħhom jikkonformaw mal-Artikoli 101 u 102 TFUE. Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ġenerali tar-regoli ta' kompetizzjoni tal-Unjoni għal aggregazzjonijiet bħal dawn, il-membri kollha ta' aggregazzjoni għandhom b'mod partikolari jiżguraw li la l-kondiviżjoni tad-data u lanqas l-iskambju ta' informazzjoni, inkluż fir-rigward ta' data prospettiva dwar il-bejgħ, ma jseħħu fil-kuntest tal-arranġamenti tal-aggregazzjoni tagħhom, ħlief fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(2) ta' dan ir-Regolament.
Sal-1 ta' Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 64 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu u jispeċifikaw il-kundizzjonijiet dettaljati u r-rekwiżiti ta' rapportar li għandhom jiġu applikati għall-arranġamenti ta' aggregazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, b'kont meħud tat-tip u l-kwantità tal-imballaġġ li kull distributur finali jqiegħed fis-suq kull sena kalendarja u l-post fejn jinsabu d-distributuri finali.
|
|
Artikolu 29 13
|
13. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jilħqu l-miri stabbiliti f'dan l-Artikolu għal sena kalendarja jekk, matul sena kalendarja, huma:
|
(a)
|
qiegħdu mhux aktar minn 1 000 kg ta' imballaġġ fit-territorju ta' Stat Membru; u
|
|
(b)
|
koperti mid-definizzjoni ta' mikrointrapriża kif stipulat fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE kif applikabbli fil-11 ta’ Frar 2025.
|
Abbażi tal-kundizzjonijiet speċjali tad-distribuzzjoni finali u ta' xi setturi tal-manifattura, inkluż fil-livell nazzjonali, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 64 biex temenda l-limitu stabbiliti fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 29 14
|
14. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi ekonomiċi għal perjodu ta' 5 snin mill-obbligi skont dan l-Artikolu bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni jilħaq 5 punti perċentwali aktar mill-miri għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ għal kull materjal li għandhom jintlaħqu sal-2025 u huwa mistenni li jilħaq 5 punti perċentwali ogħla mill-mira tal-2030 skont ir-rapport ippubblikat mill-Kummissjoni 3 snin qabel dik id-data;
|
|
(b)
|
l-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni jkun fit-triq it-tajba biex jikseb il-miri rilevanti għall-prevenzjoni tal-iskart kif stabbiliti fl-Artikolu 43 u jista' juri li jkun naqqas l-iskart iġġenerat mill-imballaġġ per capita mill-inqas 3 % sal-2028 meta mqabbel mal-iskart iġġenerat mill-imballaġġ per capita fl-2018; u
|
|
(c)
|
l-operaturi ekonomiċi jkunu adottaw pjan korporattiv għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart li jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-prevenzjoni u tar-riċiklaġġ tal-iskart stabbiliti fl-Artikoli 43 u 52, rispettivament.
|
Dak il-perjodu ta’ 5 snin jista’ jiġġedded mill-Istat Membru dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha.
|
|
Artikolu 29 15
|
15. Soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 51, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miri għall-operaturi ekonomiċi li jaqbżu l-miri minimi stipulati fil-paragrafi 1, 2, 3, 5 u 6 ta' dan l-Artikolu sal-punt li tali miri ogħla jkunu neċessarji sabiex l-Istat Membru jilħaq waħda jew aktar mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 43.
|
|
Artikolu 29 16
|
16. Soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 51, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miri għall-operaturi ekonomiċi fir-rigward tax-xorb imqiegħed għad-dispożizzjoni f'imballaġġ għall-bejgħ li għalih ma japplikax il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, jekk dawk il-miri addizzjonali jkunu meħtieġa għall-Istat Membru biex jilħaq waħda jew aktar mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 43.
|
|
Artikolu 29 17
|
17. Il-miri stabbiliti fi jew skont dan l-Artikolu għandhom jiġu kkalkulati għall-perjodu ta' sena kalendarja.
|
|
Artikolu 29 18
|
18. Sabiex jitqiesu l-aħħar data u żviluppi xjentifiċi u tekniċi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 64, biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi:
|
(a)
|
l-eżenzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi li huma addizzjonali għal dawk previsti f'dan l-Artikolu, minħabba restrizzjonijiet ekonomiċi partikolari li jiltaqgħu magħhom f'settur speċifiku relatat mal-konformità mal-miri stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 3, 5 u 6 ta' dan l-Artikolu;
|
|
(b)
|
l-eżenzjonijiet għall-formati speċifiċi tal-imballaġġ koperti mill-miri stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 3, 5 u 6 ta' dan l-Artikolu, fejn kwistjonijiet ta' iġjene u sikurezza tal-ikel jipprevjenu l-ilħuq ta' dawk il-miri;
|
|
(c)
|
l-eżenzjonijiet għall-formati speċifiċi tal-imballaġġ koperti mill-miri stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 3, 5 u 6 ta' dan l-Artikolu, fejn kwistjonijiet ambjentali jipprevjenu l-ilħuq ta' dawk il-miri.
|
|
|
Artikolu 29 19
|
19. Sal-1 ta' Jannar 2034, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tat-teknoloġija l-aktar avvanzata u l-esperjenza prattika miksuba mill-operaturi ekonomiċi u mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jirrevedi l-implimentazzjoni tal-miri għall-2030 stipulati f'dan l-Artikolu. F'dak ir-rapport, hija għandha tevalwa, inkluż mill-perspettiva tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-imballaġġ li jintuża darba biss u riutilizzabbli, dan li ġej:
|
(a)
|
il-punt sa fejn il-miri għall-2030 wasslu għal soluzzjonijiet li jrawmu imballaġġ sostenibbli li huma effettivi u faċli biex jiġu implimentati;
|
|
(b)
|
il-fattibbiltà tal-kisba tal-miri stabbiliti għall-2040 abbażi tal-esperjenza fil-kisba tal-miri għall-2030 u ċ-ċirkostanzi li qed jevolvu;
|
|
(c)
|
ir-rilevanza taż-żamma tal-eżenzjonijiet u d-derogi stipulati f'dan l-Artikolu; u
|
|
(d)
|
il-ħtieġa jew il-pertinenza li jiġu stabbiliti miri ġodda għall-użu mill-ġdid u l-mili mill-ġdid ta' kategoriji oħra tal-imballaġġ.
|
Ir-rapport tal-Kummissjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fuq l-impjiegi. Fejn xieraq, mar-rapport għandu jkun hemm proposta leġiżlattiva li temenda dan l-Artikolu, speċjalment il-miri għall-2040. Sa Diċembru 2032, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt fuq l-impjiegi relatata mal-implimentazzjoni tal-miri tal-użu mill-ġdid fit-territorji nazzjonali tagħhom. Qabel ma jippreżentaw id-data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw lis-sħab soċjali nazzjonali li jirrappreżentaw lill-ħaddiema u lill-impjegaturi fis-setturi koperti mill-miri għall-użu mill-ġdid tal-imballaġġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|