+Artikolu 33 L-obbligu tal-offerta ta' użu mill-ġdid għas-settur tat-takeaway
---+Artikolu 33 1
---+Artikolu 33 2
---+Artikolu 33 3
---+Artikolu 33 4
---+Artikolu 33 5
---+Artikolu 33 6

Artikolu 33 L-obbligu tal-offerta ta' użu mill-ġdid għas-settur tat-takeaway

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1

1.   Sat-12 ta’ Frar 2028, id-distributuri finali li jwettqu l-attività kummerċjali tagħhom fis-settur tal-HORECA u li jqiegħdu għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru xorb sħun jew kiesaħ jew ikel ippreparat u lest f’imballaġġ tat-takeaway għandhom jagħtu lill-konsumaturi l-għażla li jiksbu l-prodotti f'imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.

Artikolu 33 2

2.   Id-distributuri finali għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ, permezz ta' tabelli jew sinjali li jidhru b'mod ċar u li jistgħu jinqraw, dwar il-possibbiltà li jiksbu l-prodotti f'imballaġġ riutilizzabbli.

Artikolu 33 3

3.   Id-distributuri finali għandhom joffru l-prodotti mimlija f'imballaġġ riutilizzabbli mingħajr kost ogħla, u taħt kundizzjonijiet mhux anqas favorevoli minn unità tal-bejgħ li tikkonsisti mill-istess prodott u imballaġġ li jintuża darba biss.

Artikolu 33 4

4.   Id-distributuri finali għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jekk koperti mid-definizzjoni ta' mikrointrapriża stabbilita fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE kif applikabbli fil-11 ta’ Frar 2025.

Artikolu 33 5

5.   Mill-2030, id-distributuri finali għandhom jagħmlu ħilithom biex joffri 10 % tal-prodotti għall-bejgħ f'format ta' imballaġġ riutilizzabbli.

Artikolu 33 6

6.   Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 51, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miri għall-operaturi ekonomiċi li jmorru lil hinn mill-mira minima stabbilita’ fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu sa fejn dawk il-miri ogħla jkunu meħtieġa għall-Istat Membru biex jilħaq waħda jew aktar mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 43.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.